+Artikolu 26 Gwida
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.

Artikolu 26 Gwida

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.
Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni u tiġi żgurata l-konsistenza ta’ tali implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippubblika gwida biex tassisti lill-operaturi ekonomiċi fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’enfasi partikolari fuq l-iffaċilitar tal-konformità min-naħa tal-intrapriżi mikro u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.
Artikolu 26 2.

Meta jkollha l-ħsieb li tipprovdi gwida kif imsemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tindirizza mill-anqas l-aspetti li ġejjin:

(a) 

il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’enfasi partikolari fuq is-soluzzjonijiet ta’ pproċessar ta’ data mill-bogħod u s-software liberu u b’sors miftuħ;

(b) 

l-applikazzjoni tal-perjodi ta’ appoġġ fir-rigward ta’ kategoriji partikolari ta’ prodotti b’elementi diġitali;

(c) 

gwida mmirata lejn il-manifatturi soġġetti għal dan ir-Regolament li huma soġġetti wkoll għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni għajr dan ir-Regolament jew għal atti legali relatati oħra tal-Unjoni;

(d) 

il-kunċett ta’ modifika sostanzjali.

Il-Kummissjoni għandha żżomm ukoll lista li tkun faċli biex tiġi aċċessata tal-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 26 3.
Meta tħejji l-gwida skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati rilevanti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit