+Artikolu 52 Is-sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti b’elementi diġitali fis-suq tal-Unjoni
---+Artikolu 52 1.
---+Artikolu 52 2.
---+Artikolu 52 3.
---+Artikolu 52 4.
---+Artikolu 52 5.
---+Artikolu 52 6.
---+Artikolu 52 7.
---+Artikolu 52 8.
---+Artikolu 52 9.
---+Artikolu 52 10.
---+Artikolu 52 11.
---+Artikolu 52 12.
---+Artikolu 52 13.
---+Artikolu 52 14.
---+Artikolu 52 15.
---+Artikolu 52 16.
|
Artikolu 52 Is-sorveljanza tas-suq u l-kontroll ta’ prodotti b’elementi diġitali fis-suq tal-Unjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 52 1.
|
Ir-Regolament (UE) 2019/1020 għandu japplika għall-prodotti b’elementi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 52 2.
|
Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità tas-sorveljanza tas-suq waħda jew aktar bl-iskop li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità eżistenti jew ġdida biex taġixxi bħala awtorità tas-sorveljanza tas-suq għal dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 52 3.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu responsabbli wkoll għat-twettiq ta’ attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-obbligi għall-amministraturi tas-software b’sors miftuħ stabbiliti fl-Artikolu 24. Fejn awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li amministratur tas-software b’sors miftuħ ma jkunx konformi mal-obbligi stabbiliti f’dak l-Artikolu, għandha tirrikjedi li l-amministratur tas-software b’sors miftuħ jiżgura li jittieħdu l-azzjonijiet korrettivi xierqa kollha. L-amministraturi tas-software b’sors miftuħ għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa kollha fir-rigward tal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 52 4.
|
Fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà maħtura skont l-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2019/881 u jagħmlu skambju ta’ informazzjoni fuq bażi regolari. Fir-rigward tas-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura għandhom jikkooperaw u jagħmlu skambju ta’ informazzjoni fuq bażi regolari mas-CSIRTs maħtura bħala koordinaturi u mal-ENISA.
|
|
Artikolu 52 5.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu lis-CSIRT maħtura bħala koordinatur jew lill-ENISA jipprovdu pariri tekniċi dwar kwistjonijiet relatati mal-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dan ir-Regolament. Meta titwettaq investigazzjoni skont l-Artikolu 54, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jitolbu lis-CSIRT maħtura bħala koordinatur jew lill-ENISA jipprovdu analiżi b’appoġġ għall-evalwazzjonijiet tal-konformità tal-prodotti b’elementi diġitali.
|
|
Artikolu 52 6.
|
Fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkooperaw ma’ awtoritajiet oħra tas-sorveljanza tas-suq maħtura abbażi ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni apparti minn dan ir-Regolament, u jagħmlu skambju ta’ informazzjoni fuq bażi regolari.
|
|
Artikolu 52 7.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkooperaw, kif xieraq, mal-awtoritajiet li jissorveljaw il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Tali kooperazzjoni tinkludi l-għoti ta’ informazzjoni lil dawk l-awtoritajiet dwar kwalunkwe sejba rilevanti għat-twettiq tal-kompetenzi tagħhom, inkluż meta joħorġu gwida u pariri skont il-paragrafu 10 jekk tali gwida u pariri jikkonċernaw l-ipproċessar ta’ data personali. L-awtoritajiet li jissorveljaw il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu u jaċċessaw kwalunkwe dokumentazzjoni maħluqa jew miżmuma skont dan ir-Regolament meta l-aċċess għal dik id-dokumentazzjoni jkun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom. Huma għandhom jinformaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura tal-Istat Membru kkonċernat bi kwalunkwe talba bħal din.
|
|
Artikolu 52 8.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura jingħataw riżorsi tekniċi u finanzjarji adegwati, inkluż, fejn ikun xieraq, għodod għall-awtomatizzazzjoni tal-ipproċcessar, kif ukoll riżorsi umani bil-ħiliet meħtieġa fil-qasam taċ-ċibersigurtà sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 52 9.
|
Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi u tiffaċilita l-iskambju ta’ esperjenza bejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura.
|
|
Artikolu 52 10.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jipprovdu gwida u pariri lill-operaturi ekonomiċi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u, fejn ikun xieraq, tas-CSIRTs u tal-ENISA.
|
|
Artikolu 52 11.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-konsumaturi dwar fejn għandhom jippreżentaw ilmenti li jistgħu jindikaw nuqqas ta’ konformità ma’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/1020, u għandhom jipprovdu informazzjoni lill-konsumaturi dwar fejn u kif jaċċessaw mekkaniżmi biex jiffaċilitaw ir-rapportar ta’ vulnerabbiltajiet, inċidenti u theddid ċibernetiku li jistgħu jaffettwaw prodotti b’elementi diġitali.
|
|
Artikolu 52 12.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiffaċilitaw, fejn ikun rilevanti, il-kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet xjentifiċi, tar-riċerka u tal-konsumaturi.
|
|
Artikolu 52 13.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali l-eżiti tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura għandhom jirrapportaw, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti fil-qasam tal-kompetizzjoni kwalunkwe informazzjoni identifikata matul l-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq li jaf tkun ta’ interess potenzjali għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.
|
|
Artikolu 52 14.
|
Għal prodotti b’elementi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li huma kklassifikati bħala sistemi ta’ IA b’riskju kbir skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2024/1689, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura għall-finijiet ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu l-awtoritajiet responsabbli għall-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq meħtieġa skont dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura skont ir-Regolament (UE) 2024/1689 għandhom jikkooperaw, kif xieraq, mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura skont dan ir-Regolament u, fir-rigward tas-superviżjoni tal-implimentazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar skont l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament, mas-CSIRTs maħtura bħala koordinatur u mal-ENISA. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura skont ir-Regolament (UE) 2024/1689 għandhom b’mod partikolari jinformaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura skont dan ir-Regolament bi kwalunkwe sejba rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 52 15.
|
Għandu jiġi stabbilit ADCO għall-applikazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (UE) 2019/1020. L-ADCO għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq maħtura u, jekk xieraq, minn rappreżentanti tal-uffiċċji uniċi ta’ kollegament. L-ADCO għandu jindirizza wkoll kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-attivitajiet ta’ sorveljanza tas-suq fir-rigward tal-obbligi mqiegħda fuq l-amministraturi tas-software b’sors miftuħ.
|
|
Artikolu 52 16.
|
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jissorveljaw kif il-manifatturi jkunu applikaw il-kriterji msemmija fl-Artikolu 13(8) meta jiddeterminaw il-perjodu ta’ appoġġ tal-prodotti b’elementi diġitali tagħhom. L-ADCO għandu jippubblika f’forma aċċessibbli għall-pubbliku u faċli għall-utent statistika rilevanti dwar kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali, inkluż il-perjodi medji ta’ appoġġ, kif iddeterminati mill-manifattur skont l-Artikolu 13(8), kif ukoll jipprovdi gwida li tinkludi perjodi ta’ appoġġ indikattivi għall-kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali. Fejn id-data tissuġġerixxi perjodi ta’ appoġġ inadegwati għal kategoriji speċifiċi ta’ prodotti b’elementi diġitali, l-ADCO jista’ joħroġ rakkomandazzjonijiet lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jiffukaw l-attivitajiet tagħhom fuq tali kategoriji ta’ prodotti b’elementi diġitali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|