+Artikolu 59 Attivitajiet konġunti tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.
---+Artikolu 59 4.
---+Artikolu 59 5.

Artikolu 59 Attivitajiet konġunti tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 59 1.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jaqblu ma’ awtoritajiet rilevanti oħra biex iwettqu attivitajiet konġunti mmirati biex jiżguraw iċ-ċibersigurtà u l-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta’ prodotti speċifiċi b’elementi diġitali introdotti fis-suq jew imqiegħda għad-dispożizzjoni fis-suq, b’mod partikolari prodotti b’elementi diġitali li spiss jinstab li jippreżentaw riskji għaċ-ċibersigurtà.
Artikolu 59 2.
Il-Kummissjoni jew l-ENISA għandhom jipproponu attivitajiet konġunti għall-verifika tal-konformità ma’ dan ir-Regolament li għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq abbażi ta’ indikazzjonijiet jew informazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità potenzjali f’diversi Stati Membri ta’ prodotti b’elementi diġitali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
Artikolu 59 3.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u, fejn ikun applikabbli, il-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-ftehim li jitwettqu attivitajiet konġunti ma jwassalx għal kompetizzjoni inġusta bejn l-operaturi ekonomiċi u ma jaffettwax b’mod negattiv l-oġġettività, l-indipendenza u l-imparzjalità tal-partijiet fil-ftehim.
Artikolu 59 4.
Awtorità tas-sorveljanza tas-suq tista’ tuża kwalunkwe informazzjoni miksuba bħala riżultat tal-attivitajiet konġunti mwettqa bħala parti minn kwalunkwe investigazzjoni li hija twettaq.
Artikolu 59 5.
L-awtorità tas-sorveljanza tas-suq ikkonċernata u, fejn ikun applikabbli, il-Kummissjoni għandhom jagħmlu l-ftehim dwar attivitajiet konġunti, inklużi l-ismijiet tal-partijiet involuti, disponibbli għall-pubbliku.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit