+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3
---+Artikolu 2 4
---+Artikolu 2 5

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal trasferimenti ta’ fondi, fi kwalunkwe munita, li jintbagħtu jew li jiġu riċevuti minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew fornitur intermedjarju ta’-servizzi ta’ pagament stabbilit fl-Unjoni. Għandu japplika wkoll għal trasferimenti ta’ kriptoassi, inkluż trasferimenti ta’ kriptoassi eżegwiti permezz ta’ ATMs tal-kripto, fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi, jew il-fornitur intermedjarju ta’ kriptoassi, jew tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Unjoni.

Artikolu 2 2

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għas-servizzi elenkati fl-Artikolu 3, il-punti (a) sa (m) u l-punt (o), tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Artikolu 2 3

3.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferimenti ta’ fondi jew għal trasferimenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114, li jsiru permezz ta’ kard tal-ħlas, strument ta’ ħlas elettroniku, telefon ċellulari jew kwalunkwe apparat diġitali jew apparat tal-IT ieħor b’karatteristiċi simili li huwa mħallas minn qabel jew li jitħallas wara, dment li jkunu ġew ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dik il-kard, l-istrument jew l-apparat jintuża esklużivament biex jitħallsu prodotti jew servizzi; u

(b)

in-numru ta’ dik il-kard, l-istrument jew l-apparat jakkumpanja t-trasferimenti kollha li joħorġu mit-tranżazzjoni.

Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika fejn kard tal-ħlas, strument ta’ ħlas elettroniku, telefon ċellulari jew kwalunkwe apparat diġitali jew apparat tal-IT ieħor b’karatteristiċi simili li huwa mħallas minn qabel jew li jitħallas wara jintuża sabiex jiġi effettwat trasferiment ta’ fondi jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi bejn persuni fiżiċi li jaġixxu ta’ konsumaturi għal skopijiet oħra għajr kummerċ, negozju jew attività professjonali.

Artikolu 2 4

4.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal persuni li ma għandhom ebda attività għajr li jaqilbu dokumenti stampati f’data elettronika u li jagħmlu dan bis-saħħa ta’ kuntratt ma’ fornitur ta’ servizzi ta’ pagament, jew għal persuni li ma għandhom ebda attività għajr li jipprovdu lill-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament messaġġi jew sistemi oħra ta’ appoġġ għat-trażmissjoni ta’ fondi jew sistemi ta’ kklerjar u ta’ saldu.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferiment ta’ fondi fejn tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

tinvolvi lill-pagatur li jiġbed flus mill-kont tal-pagamenti tal-pagatur stess;

(b)

tikkostitwixxi trasferiment ta’ fondi lil awtorità pubblika bħala pagament għal taxxi, multi jew imposti oħra fi Stat Membru;

(c)

kemm il-pagatur kif ukoll il-prenditur ikunu fornituri ta’ servizzi ta’ pagament li jaġixxu f’isimhom stess;

(d)

isir permezz ta’ skambji elettroniċi ta’ immaġni diġitali ta’ ċekkijiet, inkluż ċekkijiet tronkati.

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferiment tal-kriptoassi fejn tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

kemm l-oriġinatur kif ukoll il-benefiċjarju jkunu fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi li jaġixxu f’isimhom stess;

(b)

it-trasferiment jikkostitwixxi trasferiment minn persuna għal oħra ta’ kriptoassi mwettqa mingħajr l-involviment ta’ fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi.

Tokens tal-flus elettroniċi, kif definiti fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114, għandhom jiġu trattati bħala kriptoassi skont dan ir-Regolament.

Artikolu 2 5

5.   Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax dan ir-Regolament għal trasferimenti ta’ fondi fit-territorju tiegħu f’kont tal-pagamenti ta’ prenditur li jippermetti pagament esklużivament għall-provvista ta’ prodotti jew servizzi fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur jkun soġġett għad-Direttiva (UE) 2015/849;

(b)

il-fornitur ta’ servizzi ta’ pagament tal-prenditur ikun jista’ jittraċċa lura, permezz tal-prenditur, bl-użu ta’ identifikatur uniku tat-tranżazzjoni, it-trasferiment ta’ fondi mill-persuna li jkollha ftehim mal-prenditur għall-forniment ta’ prodotti jew servizzi;

(c)

l-ammont tat-trasferiment ta’ fondi ma jaqbiżx EUR 1 000.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit