1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal trasferimenti ta’ fondi, fi kwalunkwe munita, li jintbagħtu jew li jiġu riċevuti minn fornitur ta’ servizzi ta’ pagament jew fornitur intermedjarju ta’-servizzi ta’ pagament stabbilit fl-Unjoni. Għandu japplika wkoll għal trasferimenti ta’ kriptoassi, inkluż trasferimenti ta’ kriptoassi eżegwiti permezz ta’ ATMs tal-kripto, fejn il-fornitur ta’ servizzi ta’ kriptoassi, jew il-fornitur intermedjarju ta’ kriptoassi, jew tal-oriġinatur jew tal-benefiċjarju jkollu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu fl-Unjoni.