3. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal trasferimenti ta’ fondi jew għal trasferimenti ta’ tokens tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114, li jsiru permezz ta’ kard tal-ħlas, strument ta’ ħlas elettroniku, telefon ċellulari jew kwalunkwe apparat diġitali jew apparat tal-IT ieħor b’karatteristiċi simili li huwa mħallas minn qabel jew li jitħallas wara, dment li jkunu ġew ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
dik il-kard, l-istrument jew l-apparat jintuża esklużivament biex jitħallsu prodotti jew servizzi; u
|
|
(b)
|
in-numru ta’ dik il-kard, l-istrument jew l-apparat jakkumpanja t-trasferimenti kollha li joħorġu mit-tranżazzjoni.
|
Madankollu, dan ir-Regolament għandu japplika fejn kard tal-ħlas, strument ta’ ħlas elettroniku, telefon ċellulari jew kwalunkwe apparat diġitali jew apparat tal-IT ieħor b’karatteristiċi simili li huwa mħallas minn qabel jew li jitħallas wara jintuża sabiex jiġi effettwat trasferiment ta’ fondi jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi bejn persuni fiżiċi li jaġixxu ta’ konsumaturi għal skopijiet oħra għajr kummerċ, negozju jew attività professjonali.