+Artikolu 28 Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi
---+Artikolu 28 1
---+Artikolu 28 2
---+Artikolu 28 3
---+Artikolu 28 4
---+Artikolu 28 5
---+Artikolu 28 6
---+Artikolu 28 7

Artikolu 28 Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dritt li jiġu previsti u imposti sanzjonijiet kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar sanzjonijiet u miżuri amministrattivi applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet u miżuri previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom ikunu konsistenti ma’ dawk stabbiliti f’konformità mal-Kapitolu VI, Taqsima 4, tad-Direttiva (UE) 2015/849.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistipulawx regoli dwar sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jkunu soġġetti għal sanzjonijiet kriminali taħt il-liġi nazzjonali tagħhom. F’tali każ, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi kriminali.

Artikolu 28 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-obbligi japplikaw għall-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet jew miżuri, soġġetti għal-liġi nazzjonali, għall-membri tal-korp maniġerjali tal-fornitur tas-servizzi rilevanti u għal kwalunkwe persuna fiżika oħra li, skont il-liġi nazzjonali, tkun responsabbli għall-ksur.

Artikolu 28 3

3.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-kumitat intern permanenti dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu msemmi fl-Artikolu 9a(7) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lil dak il- kumitat intern permanenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar kwalunkwe emendi sussegwenti għalihom.

Artikolu 28 4

4.   F’konformità mal-Artikolu 58(4) tad-Direttiva (UE) 2015/849, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi kollha meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li dawk is-sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntiera.

Artikolu 28 5

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ġuridiċi jistgħu jinżammu responsabbli għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 29 imwettqa għall-benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna li taġixxi jew individwalment jew bħala parti minn organu tal-persuna ġuridika, u li jkollha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna ġuridika abbażi ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

is-setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna ġuridika;

(b)

awtorità li tieħu deċiżjonijiet f’isem il-persuna ġuridika;

(c)

awtorità li teżerċita kontroll fi ħdan il-persuna ġuridika.

Artikolu 28 6

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li persuni ġuridiċi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli fejn in-nuqqas ta’ sorveljanza jew ta’ kontroll minn persuna msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu jkun għamel possibbli t-twettiq ta’ xi ksur imsemmi fl-Artikolu 29 għall-benefiċċju ta’ dik il-persuna ġuridika minn persuna taħt l-awtorità tagħha.

Artikolu 28 7

7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi f’konformità ma’ dan ir-Regolament, fi kwalunkwe wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

direttament;

(b)

f’kollaborazzjoni ma’ awtoritajiet oħrajn;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b’delega lil tali awtoritajiet oħrajn;

(d)

b’applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li dawk il-miżuri jew is-sanzjonijiet amministrattivi jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjoni tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntiera.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit