|
+Artikolu 5a Definizzjonijiet speċifiċi għall-kriptoassi |
Artikolu 5a Definizzjonijiet speċifiċi għall-kriptoassiArtikolu 5a Definizzjonijiet speċifiċi għall-kriptoassi Għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“kriptoassi” tfisser kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2023/1114 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 20 ) li mhuwiex munita diġitali tal-bank ċentrali;
(2)
“token tal-flus elettroniċi” jew “token tal-flus elettroniċi” tfisser token tal-flus elettroniċi jew token tal-flus elettroniċi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2023/1114;
(3)
“skopertura tal-kriptoassi” tfisser assi jew element li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ relatat ma' kriptoassi li jagħti lok għal riskju ta' kreditu, riskju ta' kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, riskju operazzjonali jew riskju tal-likwidità;
(4)
“assi tradizzjonali” tfisser kwalunkwe assi għajr kriptoassi, inkluż:
(a)
strumenti finanzjarji kif definiti fl-Artikolu 4(1), il-punt (50), ta' dan ir-Regolament;
(b)
fondi kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (25), tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
(c)
depożiti kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (3), tad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ), inkluż depożiti strutturati;
(d)
pożizzjonijiet ta' titolizzazzjoni fil-kuntest ta' titolizzazzjoni kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2017/2402;
(e)
prodotti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja jew tal-ħajja li jaqgħu fil-klassijiet tal-assigurazzjoni elenkati fl-Annessi I u II tad-Direttiva 2009/138/KE jew kuntratti ta' riassigurazzjoni u retroċessjoni msemmija f'dik id-Direttiva;
(f)
prodotti tal-pensjoni li, skont il-liġi nazzjonali, ikunu rikonoxxuti li għandhom l-għan ewlieni li jipprovdu lill-investitur bi dħul wara li jirtira, u li jintitolaw lill-investitur għal ċerti benefiċċji;
(g)
skemi għal pensjoni okkupazzjonali rikonoxxuti uffiċjalment fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ) jew tad-Direttiva 2009/138/KE;
(h)
prodotti tal-pensjoni individwali li għalihom il-liġi nazzjonali tirrikjedi kontribuzzjoni finanzjarja minn min iħaddem u li għalihom min iħaddem jew l-impjegat ma jkollux għażla fir-rigward tal-prodott jew il-fornitur tal-pensjoni;
(i)
prodott tal-Pensjoni Personali Pan-Ewropew kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2019/1238 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 );
(5)
“assi tradizzjonali tokenizzat” tfisser tip ta' kriptoassi li jirrappreżenta assi tradizzjonali, inkluż token tal-flus elettroniċi;
(6)
“token irreferenzjat ma' assi” tfisser token irreferenzjat ma' assi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (6), tar-Regolament (UE) 2023/1114;
(7)
“servizz tal-kriptoassi” tfisser servizz ta' kriptoassi kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (16), tar-Regolament (UE) 2023/1114. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|