|
+Artikolu 199 2. |
Artikolu 199 2.Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 124(9), bħala kollateral eliġibbli l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw proprjetà residenzjali li hija li jew ser tkun okkupata jew mikrija mis-sid, jew mis-sid benefiċjarju fil-każ ta' kumpaniji ta' investiment personali, u proprjetà immobbli kummerċjali, inkluż uffiċċji u bini kummerċjali ieħor, fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-valur tal-proprjetà ma jkunx jiddependi materjalment mill-kwalità tal-kreditu tad-debitur;
(b)
ir-riskju tal-mutwatarju ma jiddependix materjalment mill-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda mill-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jħallas lura d-dejn minn sorsi oħrajn, u bħala konsegwenza l-ħlas lura tal-faċilità ma jkunx jiddependi materjalment minn kwalunkwe fluss ta' flus kontanti ġġenerat mill-proprjetà sottostanti li sservi bħala kollateral. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tal-mutwatarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|