+Artikolu 230 Kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni għal skopertura bi protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli skont l-Approċċ IRB
---+Artikolu 230 1.
---+Artikolu 230 2.
---+Artikolu 230 3.
---+Artikolu 230 4.
---+Artikolu 230 5.
|
Artikolu 230 Kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni għal skopertura bi protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli skont l-Approċċ IRB
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 230 1.
|
Skont l-Approċċ IRB, ħlief għal dawk l-iskoperturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 220, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-LGD effettiv (LGD*) bħala l-LGD għall-finijiet tal-Kapitolu 3 biex jirrikonoxxu l-protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli skont dan il-Kapitolu. L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-LGD * kif ġej:
fejn:
|
E
|
= il-valur tal-iskopertura qabel ma jitqies l-effett tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata; għal skopertura garantita minn kollateral finanzjarju eliġibbli f'konformità ma' dan il-Kapitolu, dak l-ammont għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Artikolu 223(3); fil-każ ta' titoli mogħtija b'self jew imdaħħla, dak l-ammont għandu jkun ugwali għall-flus kontanti mogħtija b'self jew għat-titoli mogħtija b'self jew imdaħħla; għal titoli mogħtija b'self jew imdaħħla, il-valur tal-iskopertura għandu jiżdied billi jiġi applikat l-aġġustament għall-volatilità (HE) f'konformità mal-Artikoli 223 sa 227;
|
|
ES
|
= il-valur attwali tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata riċevuta wara l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità applikabbli għal dak it-tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata (HC) u l-applikazzjoni tal-aġġustament għall-volatilità għad-diskrepanzi fil-munita (Hfx) bejn l-iskopertura u l-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, f'konformità mal-paragrafi 2 u 3; ES għandha tiġi limitata bil-valur li ġej: E·(1+HE);
|
|
LGDU
|
= l-LGD applikabbli għal skopertura mhux garantita kif stabbilit fl-Artikolu 161(1);
|
|
LGDS
|
= l-LGD applikabbli għall-iskoperturi garantiti mit-tip ta' FCP eliġibbli użat fit-tranżazzjoni, kif speċifikat fil-paragrafu 2, Tabella 1.
|
|
|
Artikolu 230 2.
|
It-Tabella 1 tispeċifika l-valuri tal-LGDs u tal-Hc applikabbli fil-formula stabbilita fil-paragrafu 1.
Tabella 1
|
Tip ta' FCP
|
LGDS
|
Aġġustament għall-volatilità (Hc)
|
|
Kollateral finanzjarju
|
0 %
|
Aġġustament għall-volatilità Hc kif stabbilit fl-Artikoli 224 sa 227
|
|
Riċevibbli
|
20 %
|
40 %
|
|
Proprjetà residenzjali u proprjetà immobbli kummerċjali
|
20 %
|
40 %
|
|
Kollateral fiżiku ieħor
|
25 %
|
40 %
|
|
FCP ineliġibbli
|
Mhux applikabbli
|
100 %
|
|
|
Artikolu 230 3.
|
Meta protezzjoni ta' kreditu finanzjata eliġibbli tkun iddenominata f'munita differenti minn dik tal-iskopertura, l-aġġustament għall-volatilità għad-diskrepanza fil-munita (Hfx) għandu jkun l-istess bħal dak li japplika skont l-Artikoli 224 sa 227.
|
|
Artikolu 230 4.
|
Minflok it-trattament stabbilit fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, u soġġetti għall-Artikolu 124(9), l-istituzzjonijiet jistgħu jassenjaw piż tar-riskju ta' 50 % għall-parti tal-iskopertura li hija, fil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 125(1), l-ewwel subparagrafu, u fl-Artikolu 126(1), l-ewwel subparagrafu, rispettivament, kollateralizzata totalment minn proprjetà residenzjali jew minn proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' Stat Membru meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 199(3) jew (4).
|
|
Artikolu 230 5.
|
Sabiex jiġu kkalkulati l-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju u l-ammonti ta' telf mistenni għall-iskoperturi tal-IRB li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 220, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw E * f'konformità mal-Artikolu 220(4) u għandhom jużaw l-LGD għal iskoperturi mhux garantiti, kif stabbilit fl-Artikolu 161(1), il-punti (a), (aa) u (b).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|