+Artikolu 253 Tnaqqis fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju
---+Artikolu 253 1.
---+Artikolu 253 2.
|
Artikolu 253 Tnaqqis fl-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 253 1.
|
Meta pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni tiġi assenjata ponderazzjoni tar-riskju ta’ 1 250 % taħt din it-Taqsima, l-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura ta’ tali pożizzjoni mill-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1) bħala alternattiva għall-inklużjoni tal-pożizzjoni fil-kalkolu tagħhom tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju. Għal dak l-għan, il-kalkolu tal-valur tal-iskopertura jista’ jirrifletti l-protezzjoni ta’ kreditu ffinanzjata eliġibbli skont l-Artikolu 249.
|
|
Artikolu 253 2.
|
Meta istituzzjoni tagħmel użu mill-alternattiva stabbilita fil-paragrafu 1, hija tista’ tnaqqas l-ammont imnaqqas skont il-punt (k) tal-Artikolu 36(1) mill-ammont speċifikat fl-Artikolu 268 bħala rekwiżit ta’ kapital massimu li jiġi kkalkolat fir-rigward tal-iskoperturi sottostanti bħallikieku dawn ma ġewx titolizzati.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|