+Artikolu 256 Determinazzjoni tal-punt ta’ akkoppjament (A) u tal-punt ta’ distakkament (D)
---+Artikolu 256 1.
---+Artikolu 256 2.
---+Artikolu 256 3.
---+Artikolu 256 4.
---+Artikolu 256 5.
---+Artikolu 256 6.
|
Artikolu 256 Determinazzjoni tal-punt ta’ akkoppjament (A) u tal-punt ta’ distakkament (D)
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 256 1.
|
Għall-finijiet tas-Subtaqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-punt ta’ akkoppjament (A) fil-limitu massimu fejn it-telf fl-aggregazzjoni tal-iskoperturi sottostanti jibda jiġi allokat għall-pożizzjoni tat-titolizzazzjoni rilevanti. Il-punt tal-akkoppjament (A) għandu jiġi espress bħala valur deċimali bejn żero u wieħed u jkun ugwali għall-akbar minn żero u l-proporzjon tal-bilanċ pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni nieqes il-bilanċ pendenti tas-segmenti kollha li jikklassifikaw bħala superjuri għal jew pari passu mas-segment li fih il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rilevanti inkluża l-iskopertura stess mal-bilanċ pendenti tal-iskoperturi sottostanti kollha fit-titolizzazzjoni.
|
|
Artikolu 256 2.
|
Għall-finijiet tas-Subtaqsima 3, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu l-punt ta’ distakkament (D) fil-limitu li fih it-telf fl-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti jirriżulta f’telf komplet tal-prinċipal għas-segment li fih il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rilevanti. Il-punt ta’ distakkament (D) għandu jiġi espress bħala valur deċimali bejn żero u wieħed u jkun ugwali għall-akbar minn żero u l-proporzjon tal-bilanċ pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni nieqes il-bilanċ pendenti tas-segmenti kollha li jikklassifikaw bħala superjuri għas-segment li fih il-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni rilevanti għall-bilanċ pendenti tal-iskoperturi sottostanti kollha fit-titolizzazzjoni.
|
|
Artikolu 256 3.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jittrattaw is-sovrakollateralizzazzjoni u l-kontijiet ta’ riżerva ffinanzjati bħala segmenti u l-assi li fihom tali kontijiet ta’ riżerva bħala skoperturi sottostanti.
|
|
Artikolu 256 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, l-istituzzjonijiet għandhom jinjoraw il-kontijiet ta’ riżerva mhux iffinanzjati u l-assi li ma jipprovdux titjib tal-kreditu, bħal dawk li jipprovdu biss appoġġ ta’ likwidità, swaps tar-rati tal-imgħax jew bejn il-muniti u kontijiet ta’ kollateral fi flus relatati ma’ dawk il-pożizzjonijiet fit-titolizzazzjoni. Għall-kontijiet ta’ riżerva ffinanzjati u għall-assi li jipprovdu titjib tal-kreditu, l-istituzzjoni għandha tittratta biss bħala pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni l-partijiet ta’ dawk il-kontijiet jew l-assi li jassorbu t-telf.
|
|
Artikolu 256 5.
|
Meta żewġ pożizzjonijiet jew aktar tal-istess tranżazzjoni jkollhom maturitajiet differenti iżda jikkondividu allokazzjoni tat-telf pro rata, il-kalkolu tal-punti ta’ akkoppjament (A) u l-punti ta’ distakkament (D) għandhom ikunu bbażati fuq il-bilanċ pendenti aggregat ta’ dawk il-pożizzjonijiet u l-punti ta’ akkoppjament (A) u l-punti ta’ distakkament (D) li jirriżultaw għandhom ikunu l-istess.
|
|
Artikolu 256 6.
|
Għall-finijiet tal-kalkolu tal-punti ta’ attakkament (A) u l-punti ta’ distakkament (D) ta’ titolizzazzjoni sintetika, l-istituzzjoni oriġinatriċi tat-titolizzazzjoni għandha tittratta l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni li tikkorrispondi għall-marġni pożittiv sintetiku msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 248(1) bħala segment, u taġġusta l-punti ta’ attakkament (A) u l-punti ta’ distakkament (D) tas-segmenti l-oħra li żżomm billi żżid dak il-valur tal-iskopertura mal-bilanċ pendenti tal-aggregazzjoni ta’ skoperturi sottostanti fit-titolizzazzjoni. L-istituzzjonijiet li ma jkunux l-istituzzjoni oriġinatriċi ma għandhomx jagħmlu dan l-aġġustament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|