+Artikolu 263 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Esterni (SEC-ERBA)
---+Artikolu 263 1.
---+Artikolu 263 2.
---+Artikolu 263 3.
---+Artikolu 263 4.
---+Artikolu 263 5.
---+Artikolu 263 6.
---+Artikolu 263 7.
---+Artikolu 263 8.
|
Artikolu 263 Kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ponderati għar-riskju skont l-Approċċ Ibbażat fuq Klassifikazzjonijiet Esterni (SEC-ERBA)
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 263 1.
|
Skont is-SEC-ERBA, l-ammont ta’ skopertura ponderat għar-riskju għal pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni għandu jiġi kkalkolat billi l-valur tal-iskopertura tal-pożizzjoni kif ikkalkolat skont l-Artikolu 248 jiġi mmultiplikat bil-ponderazzjoni tar-riskju applikabbli skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 263 2.
|
Għall-iskoperturi b’valutazzjonijiet ta’ kreditu għal perijodu ta’ żmien qasir jew meta tkun tista’ tiġi inferita valutazzjoni ta’ kreditu għal perijodu ta’ żmien qasir skont il-paragrafu 7, japplikaw il-ponderazzjonijiet tar-riskju li ġejjin:
Tabella 1
|
Skala tal-Kwalità Kreditizja
|
1
|
2
|
3
|
Il-klassifikazzjonijiet l-oħrajn kollha
|
|
Ponderazzjoni tar-riskju
|
15 %
|
50 %
|
100 %
|
1 250 %
|
|
|
Artikolu 263 3.
|
Għall-iskoperturi b’valutazzjonijiet ta’ kreditu fit-tul jew meta tkun tista’ tiġi inferita klassifikazzjoni bbażata fuq valutazzjoni ta’ kreditu fit-tul skont il-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, japplikaw il-ponderazzjonijiet tar-riskju stabbiliti fit-Tabella 2, aġġustati kif applikabbli għall-maturità tas-segment (MT) skont l-Artikolu 257 u l-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u għall-ħxuna tas-segment għal segmenti mhux superjuri skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu:
Tabella 2
|
Livell tal-Kwalità tal-Kreditu
|
Segment superjuri
|
Segment (irqiq) mhux superjuri
|
|
Maturità tas-segment (MT)
|
Maturità tas-segment (MT)
|
|
Sena
|
5 snin
|
Sena
|
5 snin
|
|
1
|
15 %
|
20 %
|
15 %
|
70 %
|
|
2
|
15 %
|
30 %
|
15 %
|
90 %
|
|
3
|
25 %
|
40 %
|
30 %
|
120 %
|
|
4
|
30 %
|
45 %
|
40 %
|
140 %
|
|
5
|
40 %
|
50 %
|
60 %
|
160 %
|
|
6
|
50 %
|
65 %
|
80 %
|
180 %
|
|
7
|
60 %
|
70 %
|
120 %
|
210 %
|
|
8
|
75 %
|
90 %
|
170 %
|
260 %
|
|
9
|
90 %
|
105 %
|
220 %
|
310 %
|
|
10
|
120 %
|
140 %
|
330 %
|
420 %
|
|
11
|
140 %
|
160 %
|
470 %
|
580 %
|
|
12
|
160 %
|
180 %
|
620 %
|
760 %
|
|
13
|
200 %
|
225 %
|
750 %
|
860 %
|
|
14
|
250 %
|
280 %
|
900 %
|
950 %
|
|
15
|
310 %
|
340 %
|
1 050 %
|
1 050 %
|
|
16
|
380 %
|
420 %
|
1 130 %
|
1 130 %
|
|
17
|
460 %
|
505 %
|
1 250 %
|
1 250 %
|
|
L-oħrajn kollha
|
1 250 %
|
1 250 %
|
1 250 %
|
1 250 %
|
|
|
Artikolu 263 4.
|
Sabiex jiddeterminaw il-ponderazzjoni tar-riskju għal segmenti b’maturità ta’ bejn sena u ħames snin, l-istituzzjonijiet għandhom jużaw interpolazzjoni lineari bejn il-ponderazzjonijiet tar-riskju applikabbli għal maturità ta’ sena waħda u ħames snin, rispettivament, skont it-Tabella 2.
|
|
Artikolu 263 5.
|
Sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħxuna tas-segment, l-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw il-ponderazzjoni tar-riskju għal segmenti mhux superjuri kif ġej:
fejn
T = il-ħxuna tas-segment imkejla bħala D – A
fejn
|
D
|
huwa l-punt ta’ distakkament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256
|
|
A
|
huwa l-punt ta’ akkoppjament kif iddeterminat skont l-Artikolu 256
|
|
|
Artikolu 263 6.
|
Il-ponderazzjonijiet tar-riskju għal segmenti mhux superjuri li jirriżultaw mill-paragrafi minn 3, 4 u 5 jkunu soġġetti għal limitu minimu ta’ 15 %. Barra minn hekk, il-ponderazzjonijiet tar-riskju li jirriżultaw għandhom ikunu mhux inqas mill-ponderazzjoni tar-riskju li jikkorrispondi għal segment superjuri ipotetiku tal-istess titolizzazzjoni bl-istess maturità u valutazzjoni ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 263 7.
|
Għall-finijiet tal-użu tal-klassifikazzjonijiet inferiti, l-istituzzjonijiet għandhom jattribwixxu għal pożizzjoni mhux klassifikata klassifikazzjoni inferita ekwivalenti għall-valutazzjoni ta’ kreditu ta’ pożizzjoni ta’ referenza klassifikata li tissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-pożizzjoni ta’ referenza tikklassifika bħala pari passu fl-aspetti kollha għall-pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni mhux klassifikata jew, fin-nuqqas ta’ pożizzjoni ta’ klassifikazzjoni pari passu, il-pożizzjoni ta’ referenza hija immedjatament subordinata għall-pożizzjoni mhux klassifikata.
(b)
il-pożizzjoni ta’ referenza ma tibbenifikax minn garanziji ta’ partijiet terzi jew titjib tal-kreditu ieħor li mhumiex disponibbli għall-pożizzjoni mhux klassifikata;
(c)
il-maturità tal-pożizzjoni ta’ referenza tkun ugwali għal jew itwal minn dik tal-pożizzjoni mhux klassifikata inkwistjoni;
(d)
fuq bażi kontinwa, kull klassifikazzjoni inferita tiġi aġġornata sabiex tkun tirrifletti kull bidla fil-valutazzjoni ta’ kreditu tal-pożizzjoni ta’ referenza.
|
|
Artikolu 263 8.
|
Meta istituzzjoni jkollha pożizzjoni ta’ titolizzazzjoni fil-forma ta’ derivattiva biex tiħħeġġja r-riskji tas-suq, inkluż ir-riskji tar-rata ta’ imgħax jew tal-munita, l-istituzzjoni tista’ tattribwixxi lil dik id-derivattiva ponderazzjoni tar-riskju inferit ekwivalenti għall-ponderazzjoni tar-riskju tal-pożizzjoni ta’ referenza kkalkolat skont dan l-Artikolu. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-pożizzjoni ta’ referenza għandha tkun il-pożizzjoni li hija pari passu f’kull aspett mad-derivattiva jew, fin-nuqqas ta’ tali pożizzjoni pari passu, il-pożizzjoni li hija immedjatament subordinata għad-derivattiva.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|