+Artikolu 289 Test tal-użu
---+Artikolu 289 1.
---+Artikolu 289 2.
---+Artikolu 289 3.
---+Artikolu 289 4.
---+Artikolu 289 5.
---+Artikolu 289 6.

Artikolu 289 Test tal-użu

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 289 1.
L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li d-distribuzzjoni tal-iskoperturi ġġenerati mill-mudell użat għall-kalkolu tal-EPE effettiva tkun integrata mill-viċin fil-proċess tal-ġestjoni ta’ kuljum tas-CCR tal-istituzzjoni, u li l-output tal-mudell jitqies fil-proċess ta’ approvazzjoni tal-kreditu, fil-ġestjoni tas-CCR, fl-allokazzjoni interna tal-kapital u fil-governanza korporattiva.
Artikolu 289 2.
L-istituzzjoni għandha turi għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti li hi kienet qed tuża l-mudell sabiex tikkalkula d-distribuzzjoni tal-iskoperturi li fuqha huwa bbażat il-kalkolu tal-EPE li jilħaq, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stabbiliti f’din it-Taqsima għal mill-inqas sena qabel il-permess għall-użu tal-IMM mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 283.
Artikolu 289 3.
Il-mudell użat għall-ġenerazzjoni ta’ distribuzzjoni tal-iskoperturi għas-CCR għandu jkun parti mill-qafas ta’ ġestjoni tas-CCR meħtieġ mill-Artikolu 286. Dan il-qafas għandu jinkludi l-kalkolu tal-użu tal-linji ta’ kreditu, billi jiġu aggregati l-iskoperturi għas-CCR ma’ skoperturi għall-kreditu oħrajn u l-allokazzjoni interna tal-kapital.
Artikolu 289 4.
Minbarra l-EPE, istituzzjoni għandha tikkalkula u tiġġestixxi l-iskoperturi attwali. Fejn xieraq, l-istituzzjoni għandha tikkalkula l-iskopertura attwali grossa u netta mill-kollateral. It-test tal-użu huwa sodisfatt jekk istituzzjoni tuża miżuri oħra tas-CCR, bħall- iskopertura massima, ibbażat fuq id-distribuzzjoni tal-iskoperturi iġġenerati mill-istess mudell għall-kalkolu tal-EPE.
Artikolu 289 5.
L-istituzzjoni għandu jkollha l-kapaċità teknoloġika sabiex tistma l-EE ta’ kuljum jekk neċessarju, sakemm ma turix għas-sodisfazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tagħha li l-iskoperturi tagħha għas-CCR jeħtieġu kalkolu inqas frekwenti. L-istituzzjoni għandha tistma l-EE tul perijodu ta’ żmien ta’ orrizonti previżjonali li jirrifletti b’mod adegwat l-istruttura ta’ żmien tal-likwidità futura u l-maturità tal-kuntratti u b’tali mod li jkun konsistenti mal-importanza u l-kompożizzjoni ta’ l-iskoperturi.
Artikolu 289 6.
Skopertura għandha tiġi kkalkulata, issorveljata u kkontrollata tul il-perijodu ta’ żmien tal-kuntratti kollha fis-sett ta’ netting u mhux biss għall-orizzont ta’ sena. L-istituzzjoni għandu jkollha proċeduri implimentati sabiex jidentifikaw u jikkontrollaw ir-riskji għall-kontropartijiet fejn l-iskopertura tiżdied għal iktar mill-orrizont ta’ sena. Iż-żieda prevista fl-iskopertura għandha tkun input fil-mudell intern tal-kapital tal-istituzzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit