+Artikolu 290 Ittestjar għal stress
---+Artikolu 290 1.
---+Artikolu 290 2.
---+Artikolu 290 3.
---+Artikolu 290 4.
---+Artikolu 290 5.
---+Artikolu 290 6.
---+Artikolu 290 7.
---+Artikolu 290 8.
---+Artikolu 290 9.
---+Artikolu 290 10.

Artikolu 290 Ittestjar għal stress

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 290 1.
Istituzzjoni għandu jkollha programm komprensiv ta’ ttestjar għal stress għas-CCR, inkluż għall-użu fil-valutazzjoni tar-rekwiżit tal-fondi proprji għas-CCR, li jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 10.
Artikolu 290 2.
Għandha tidentifika avvenimenti jew bidliet futuri possibbli fil-kondizzjonijiet eknomiċi li jista’ jkollhom effetti mhux mixtieqa fuq skoperturi għall-kreditu tal-istituzzjoni u għandha tivvaluta l-kapaċità tal-istituzzjoni li tilqa' għal dawn il-bidliet.
Artikolu 290 3.
Il-miżuri ta' kriżi fil-programm għandhom jitqabblu mal-limiti tar-riskju u kkunsidrati mill-istituzzjoni bħala parti mill-proċess stabbilit fl-Artikolu 81 tad-Direttiva 2013/36/UE.
Artikolu 290 4.
Il-programm għandu jkopri t-transazzjonijiet u l-iskoperturi aggregati b’mod komprensiv fost il-forom kollha tar-riskju tal-kreditu tal-kontroparti fuq il-livell ta’ kontropartijiet speċifiċi f’perijodu ta’ żmien biżżejjed li fih tista’ titwettaq ittestjar għal stress b'mod regolari.
Artikolu 290 5.
Għal mill-inqas darba fix-xahar, għandha tipprovdi għal ittestjar għal stress fuq l-iskopertura tal-fatturi prinċipali tar-riskju tas-suq bħar-rati tal-imgħax, il-kambju, l-ekwitajiet, il-firxa tal-kreditu, u l-prezzijiet tal-prodotti għall-kontropartijiet kollha tal-istituzzjoni, sabiex tidentifika, u meta neċessarju, tippermetti lill-istituzzjoni sabiex tnaqqas konċentrazzjonijiet kbar wisq f'riskji direzzjonali speċifiċi. L-ittestjar għal stress fuq l-iskoperturi –inkluż riskji b'fattur uniku, b'ħafna fatturi u dawk materjali mhux direzzjonali - u s-simulazzjoni ta' kriżi konġunt tal-iskopertura u l-affidabbiltà kreditizja għandhom jitwettqu fuq il-livell tal-kontroparti speċifiku, tal-grupp ta' kontropartijiet u dak tas-CCR aggregat tal-istituzzjoni kollha.
Artikolu 290 6.

Mill-inqas kull tliet xhur, għandha tapplika xenarji għall-ittestjar għal stress b'ħafna fatturi u tivvaluta r-riskji materjali mhux direzzjonali inklużi l-iskopertura għall-kurva tar-rendiment u r-riskji ta' bażi. L-ittestjar għal stress b’fatturi multipli għandhu, bħala minimu, jindirizza x-xenarji li ġejjin li fihom iseħħ dan li ġej:

(a) 

ġraw avvenimenti ekonomiċi jew tas-suq gravi;

(b) 

il-likwidità ġenerali fis-suq naqset b’mod sinifikanti;

(c) 

intermedjarja finanzjarja kbira qed tillikwida l-pożizzjonijiet.

Artikolu 290 7.
Il-gravità tax-xokkijiet tal-fatturi tar-riskju sottostanti għandhom ikunu konsistenti mal-għan tal-ittestjar għal stress. Meta tiġi evalwata s-solvenza taħt kondizzjonijiet ta' kriżi, ix-xokkijiet tal-fatturi tar-riskju sottostanti għandhom ikunu gravi biżżejjed sabiex ikopru kondizzjonijiet estremi tas-suq li diġà seħħu u kondizzjonijiet ta' kriżi tas-suq estremi iżda plawżibbli. L-ittestjar għal stress għandu jevalwa l-impatt ta’ tali xokkijiet fuq il-fondi proprji, ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji u l-qligħ. Għall-fini tal-monitoraġġ tal-portafoll, il-hedging u l-ġestjoni tal-konċentrazzjonijiet ta’ kuljum, il-programm ta’ ttestjar għandu jikkunsidra wkoll xenarji ta’ inqas gravità bi probabbiltà ogħla.
Artikolu 290 8.
Fejn ikun xieraq, il-programm għandu jipprevedi wkoll ittestjar għal stress bl-invers sabiex jiġu identifikati xenarji estremi, iżda plawżibbli, li jistgħu jirriżultaw f’eżiti negattivi sinifikanti. L-ittestjar għal stress bl-invers għandu jqis l-impatt tan-nuqqas materjali ta’ linearità fil-portafoll.
Artikolu 290 9.
Ir-riżultati tal-ittestjar għal stress taħt il-programm għandhom jiġu rapportati regolarment, mill-inqas fuq bażi trimestrali, lill-amministrazzjoni għolja. Ir-rapporti u l-analiżi tar-riżultati għandhom ikopri l-akbar impatti fil-livell tal-kontroparti ġewwa l-portafoll, il-konċentrazzjonijiet materjali fis-segmenti tal-portafoll (fl-istess industrija jew reġjun), u t-tendenzi rilevanti speċifiċi għall-portafoll u l-kontroparti.
Artikolu 290 10.
L-amministrazzjoni għolja għandu jkollha rwol ewlieni fl-integrazzjoni tal-ittestjar għal stress fil-qafas tal-ġestjoni tar-riskji u l-kultura tar-riskju tal-istituzzjoni u tiżgura li r-riżultati huma sinifikattivi u użati fil-ġestjoni tas-CCR. Ir-riżultati tal-ittestjar għal stress għall-iskoperturi sinifikanti għandhom ikunu analizzati fl-isfond tal-linji gwida li jindikaw l-attitudni tal-istituzzjoni lejn ir-riskji, u jiġu rreferuti lill-amministrazzjoni għolja għad-diskussjoni u għall-azzjoni meta jiġu indentifikati riskji eċċessivi jew konċentrati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit