|
+Artikolu 325t 6. |
Artikolu 325t 6.Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, soġġetta għall-permess mill-awtoritajiet kompetenti, istituzzjoni tista' tikkalkula sensittivitajiet vega abbażi ta' trasformazzjoni lineari ta' definizzjonijiet alternattivi fil-kalkolu tar-rekwiżiti ta' fondi proprji ta' pożizzjoni ta' portafoll tan-negozjar skont dan il-Kapitolu, dment li l-istituzzjoni tissodisfa ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma użati għall-finijiet ta' ġestjoni tar-riskju intern jew għar-rapportar tal-profitti u t-telf lill-maniġment superjuri minn unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji f'istituzzjoni;
(b)
l-istituzzjoni turi li dawk id-definizzjonijiet alternattivi huma aktar xierqa biex jispjegaw is-sensittivitajiet għall-pożizzjoni milli huma l-formuli stabbiliti f'din is-Subtaqsima, li t-trasformazzjoni lineari msemmija fl-ewwel subparagrafu tirrifletti sensittività għar-riskju vega, u li s-sensittivitajiet li jirriżultaw ma jvarjawx materjalment minn dawk li japplikaw dawk il-formuli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|