+Artikolu 325x Ammonti netti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija
---+Artikolu 325x 1.
---+Artikolu 325x 2.
---+Artikolu 325x 3.
---+Artikolu 325x 4.
---+Artikolu 325x 5.
|
Artikolu 325x Ammonti netti ta' inadempjenza immedjata u mhux mistennija
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 325x 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw l-ammonti netti ta' JTD billi jpaċu l-ammonti grossi ta' JTD ta' skoperturi qosra u skoperturi twal. It-tpaċija għandha tkun possibbli bejn skoperturi għall-istess obbligant meta l-iskoperturi qosra jkollhom l-istess superjorità bħal, jew superjorità iktar baxxa, l-iskoperturi twal.
|
|
Artikolu 325x 2.
|
It-tpaċija għandha tkun sħiħa jew parzjali skont il-maturitajiet tal-iskoperturi ta' tpaċija:
(a)
it-tpaċija għandha tkun sħiħa meta l-iskoperturi kollha ta' tpaċija jkollhom maturitajiet ta' sena jew iktar.
(b)
it-tpaċija għandha tkun parzjali meta tal-inqas waħda mill-iskoperturi ta' tpaċija jkollha maturità ta' inqas minn sena, f'liema każ, id-daqs tal-ammont ta' JTD ta' kull skopertura b'maturità ta' inqas minn sena għandu jiġi multiplikat bil-proporzjon tal-maturità tal-iskopertura relattiv għal sena.
|
|
Artikolu 325x 3.
|
Meta t-tpaċija ma tkunx possibbli l-ammonti grossi ta' JTD għandhom ikunu ugwali għall-ammonti netti ta' JTD fil-każ ta' skoperturi b'maturitajiet ta' sena jew iktar. L-ammonti grossi ta' JTD b'maturitajiet ta' inqas minn sena għandhom jiġu multiplikati bil-proporzjon tal-maturità tal-iskopertura relattiv għal sena, b'minimu ta' tliet xhur, biex jiġu kkalkulati l-ammonti netti ta' JTD.
|
|
Artikolu 325x 4.
|
Għall-finijiet tal-paragrafi 2 u 3, pjuttost għandhom jiġu kkunsidrati l-maturitajiet tal-kuntratti tad-derivattivi milli dawk tas-sottostanti tagħhom. L-iskoperturi għall-ekwità ta' flus għandhom jiġu assenjati maturità ta' sena jew ta' tliet xhur, skont id-diskrezzjoni tal-istituzzjoni.
|
|
Artikolu 325x 5.
|
Meta t-termini kuntrattwali jew legali ta' pożizzjoni tad-derivattivi li jkollha strument ta' dejn jew ta' flus ta' ekwità bħala sottostanti, u ħħeġġjati b'dak l-istrument ta' dejn jew ta' flus ta' ekwità, jippermettu lil istituzzjoni tagħlaq iż-żewġ komponenti ta' dik il-pożizzjoni fiż-żmien tal-iskadenza tal-ewwel li jimmatura miż-żewġ komponenti mingħajr ebda skopertura għar-riskju ta' inadempjenza tas-sottostanti, l-ammont nett ta' inadempjenza immedjata tal-pożizzjoni kkombinata għandu jiġi stabbilit għal żero.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|