+Artikolu 339 Kalkolu tar-riskju ġenerali bbażat fuq il-maturità
---+Artikolu 339 1.
---+Artikolu 339 2.
---+Artikolu 339 3.
---+Artikolu 339 4.
---+Artikolu 339 5.
---+Artikolu 339 6.
---+Artikolu 339 7.
---+Artikolu 339 8.
---+Artikolu 339 9.

Artikolu 339 Kalkolu tar-riskju ġenerali bbażat fuq il-maturità

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 339 1.
Sabiex jiġu kkalkulati r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju ġenerali, il-pożizzjonijiet kollha għandhom jiġu ppeżati skont il-maturità kif spjegat fil-paragrafu 2 sabiex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ fondi proprji meħtieġa għalihom. Dan ir-rekwiżit għandu jitnaqqas meta pożizzjoni ppeżata tinżamm flimkien ma’ pożizzjoni opposta ppeżata fl-istess faxxa ta’ maturità. Għandu jsir ukoll tnaqqis fir-rekwiżit meta l-pożizzjonijiet ippeżati opposti jaqgħu f’faxex ta’ maturità differenti, f'liema każ id-daqs ta’ dan it-tnaqqis ikun jiddependi kemm minn jekk iż-żewġ pożizzjonijiet jaqgħux fl-istess żona jew le, kif ukoll miż-żoni partikolari li fihom jaqgħu.
Artikolu 339 2.
L-istituzzjoni għandha tassenja l-pożizzjonijiet netti tagħha fil-faxex ta’ maturità adatti fil-kolonna 2 jew 3, kif xieraq, fit-Tabella 2 fil-paragrafu 4. Hija għandha tagħmel dan fuq il-bażi ta’ maturità reżidwa fil-każ ta’ strumenti b’rata fissa u fuq il-bażi tal-perijodu sakemm ir-rata tal-imgħax terġa' tiġi ffissata fil-każ ta’ strumenti li r-rata tal-imgħax fuqhom tkun varjabbli qabel il-maturità finali. Għandha tiddistingwi wkoll bejn strumenti tad-dejn b’kupun ta’ 3 % jew aktar u dawk b’kupun ta’ inqas minn 3 % u għaldaqstant, tallokahom fil-kolonna 2 jew il-kolonna 3 fit-Tabella 2. Imbagħad għandha timmultiplika kull wieħed minnhom bl-ippeżar għall-faxxa ta’ maturità inkwistjoni fil-kolonna 4 fit-Tabella 2.
Artikolu 339 3.
L-istituzzjoni għandha mbagħad tikkalkula s-somma tal-pożizzjonijet twal ippeżati u s-somma tal-pożizzjonijiet qosra ippeżati f’kull faxxa ta’ maturità. L-ammont tal-ewwel somma li jkun ibbilanċjat bit-tieni somma f’faxxa ta’ maturità partikolari għandu jkun il-pożizzjoni ppeżata bbilianċjata f’dik il-faxxa, filwaqt li l-pożizzjoni twila jew qasira reżidwa għandha tkun il-pożizzjoni ppeżata mhux ibbilanċjata għall-istess faxxa. Imbagħad għandu jiġi kkalkulat it-total tal-pożizzjonijiet ippeżati bbilanċjati fil-faxex kollha.
Artikolu 339 4.

L-istituzzjoni għandha tikkalkula t-totali tal-pożizzjonijiet twal ippeżati mhux ibbilanċjati għall-faxex inklużi f’kull żona tat-Tabella 2 sabiex tiddetermina l-pożizzjoni twila ppeżata mhux ibbilanċjata għal kull żona. Bl-istess mod, is-somma tal-pożizzjonijiet qosra ppeżati mhux imqabbla għal kull faxxa f’żona partikolari għandha tingħadd sabiex tiġi kkalkulata l-pożizzjoni qasira ppeżata mhux ibbilanċjata għal dik iż-żona. Dik il-parti tal-pożizzjoni twila ppeżata mhux ibbilanċjata għal żona partikolari li tkun ibbilanċjata bil-pożizzjoni qasira ppeżata mhux ibbilanċjata għall-istess żona għandha tkun il-pożizzjoni ppeżata ibbilanċjata għal dik iż-żona. Dik il-parti tal-pożizzjoni twila ppeżata mhux ibbilanċjata jew dik qasira ppeżata mhux ibbilanċjata għal żona li, għaldaqstant, ma tkunx tista’ tkun ibbilanċjata, għandha tkun il-pożiżżjoni ppeżata mhux ibbilanċjata għal dik iż-żona.



Tabella 2

Żona

Faxxa ta’ maturità

Piż differenzjat (f' %)

Tibdil preżunt fir-rata tal-imgħax (f' %)

Kupun ta’ 3 % jew aktar

Kupun ta’ inqas minn 3 %

L-Ewwel

0 ≤ 1 xahar

0 ≤ 1 xahar

0,00

—

> 1 ≤ 3-il xahar

> 1 ≤ 3-il xahar

0,20

1,00

> 3 ≤ 6-il xahar

> 3 ≤ 6-il xahar

0,40

1,00

> 6 ≤ 12-il xahar

> 6 ≤ 12-il xahar

0,70

1,00

It-Tieni

> 1 ≤ 2 sentejn

> 1.0 ≤ 1.9 snin

1,25

0,90

> 2 ≤ 3 snin

> 1.9 ≤ 2.8 snin

1,75

0,80

> 3 ≤ 4 snin

> 2.8 ≤ 3.6 snin

2,25

0,75

It-Tielet

> 4 ≤ 5 snin

> 3.6 ≤ 4.3 snin

2,75

0,75

> 5 ≤ 7 snin

> 4.3 ≤ 5.7 snin

3,25

0,70

> 7 ≤ 10 snin

> 5.7 ≤ 7.3 snin

3,75

0,65

> 10 ≤ 15 snin

> 7.3 ≤ 9.3 snin

4,50

0,60

> 15 ≤ 20 snin

> 9.3 ≤ 10.6 snin

5,25

0,60

> 20 sena

> 10.6 ≤ 12.0 snin

6,00

0,60

 

> 12.0 ≤ 20.0 snin

8,00

0,60

 

> 20 sena

12,50

0,60

Artikolu 339 5.
L-ammont ta’ pożizzjoni ppeżata mhux ibbilanċjata twila jew qasira fl-ewwel żona li tkun ibbilanċjata bil-pożizzjoni twila jew qasira ppeżata mhux ibbilanċjata fit-tieni żona għandha mbagħad tkun il-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata bejn l-ewwel u t-tieni żona. L-istess kalkolu għandu jsir fir-rigward ta’ dik il-parti tal-pożizzjoni ppeżata mhux ibbilanċjata fit-tieni żona li jkun fadal u l-pożizzjoni ppeżata mhux ibbilanċjata fit-tielet żona sabiex tiġi kkalkulata l-pożizzjoni ppeżata ibbilanċjata bejn it-tieni u t-tielet żona.
Artikolu 339 6.
L-istituzzjoni tista' tinverti l-ordni fil-paragrafu 5 sabiex tikkalkula l-pożizzjoni ppeżata ibbilanċjata bejn it-tieni u t-tielet żona qabel ma tikkalkula dik il-pożizzjoni bejn l-ewwel u t-tieni żona.
Artikolu 339 7.
Il-bqija tal-pożizzjoni ppeżata mhux ibbilanċjata fl-ewwel żona għandha mbagħad tkun ibbilanċjata ma’ x’jifdal minn dik tat-tielet żona wara l-ibbilanċjar ta’ din tal-aħħar mat-tieni żona sabiex tiġi determinata l-pożizzjoni ppeżata ibbilanċjata bejn l-ewwel u t-tielet żona.
Artikolu 339 8.
Wara t-tliet kalkoli separati ta’ bbilanċjar fil-paragrafi 5, 6 u 7, għandhom jingħaddu flimkien il-pożizzjonijiet reżidwi.
Artikolu 339 9.

Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni għandu jiġi kkalkulat bħala s-somma ta’:

(a) 

10 % tas-somma tal-pożizzjonijiet ippeżati bbilanċjati fil-faxex kollha ta’ maturità;

(b) 

40 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata fl-ewwel żona;

(c) 

30 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata fit-tieni żona;

(d) 

30 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata fit-tielet żona;

(e) 

40 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata bejn l-ewwel u t-tieni żona u bejn it-tieni u t-tielet żona;

(f) 

150 % tal-pożizzjoni ppeżata bbilanċjata bejn l-ewwel u t-tielet żona;

(g) 

100 % tal-pożizzjonijiet ippeżati reżidwi mhux ibbilanċjati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit