+Artikolu 383n Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju
---+Artikolu 383n 1.
---+Artikolu 383n 2.
---+Artikolu 383n 3.
---+Artikolu 383n 4.

Artikolu 383n Piżijiet tar-riskju għar-riskju tal-kambju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 383n 1.
Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet delta kollha għall-fattur tar-riskju tal-kambju bejn munita tar-rapportar ta' istituzzjoni u munita oħra għandhom ikunu ta' 11 %.
Artikolu 383n 2.

Il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw muniti akkoppjati li jkunu magħmula mill-euro u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fl-ERM II għandu jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) 

il-piż tar-riskju msemmi fil-paragrafu 1, diviż bi 3;

(b) 

il-fluttwazzjoni massima fil-faxxa ta' fluttwazzjoni formalment maqbula mill-Istat Membru u l-BĊE, jekk dik il-faxxa ta' fluttwazzjoni tkun idjaq mill-faxxa ta' fluttwazzjoni ddefinita skont l-ERM II.

Artikolu 383n 3.
Minkejja l-paragrafu 2, il-piż tar-riskju tal-fatturi tar-riskju tal-kambju li jikkonċernaw il-muniti msemmija f'dak il-paragrafu li jipparteċipaw fl-ERM II b'faxxa ta' fluttwazzjoni maqbula formalment li tkun idjaq mill-faxxa standard ta' bejn wieħed u ieħor 15 % għandu jkun ugwali għall-fluttwazzjoni massima tal-perċentwal f'dik il-faxxa idjaq.
Artikolu 383n 4.
Il-piżijiet tar-riskju għas-sensittivitajiet vega kollha għall-fattur tar-riskju tal-kambju għandhom ikunu ta' 100 %.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit