+Artikolu 394 Rekwiżiti ta' rappurtar
---+Artikolu 394 1.
---+Artikolu 394 2.
---+Artikolu 394 3.
---+Artikolu 394 4.
|
Artikolu 394 Rekwiżiti ta' rappurtar
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 394 1.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw din l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom għal kull skopertura kbira li jżommu, inkluż skoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1):
(a)
l-identità tal-klijent jew tal-grupp ta' klijenti konnessi li għalihom l-istituzzjoni għandha skopertura kbira;
(b)
il-valur tal-iskopertura qabel ma jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli;
(c)
fejn tintuża, it-tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux finanzjata;
(d)
il-valur tal-iskopertura, wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), fejn applikabbli.
L-istituzzjonijiet li huma soġġetti għall-Kapitolu 3 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta għandhom jirrapportaw l-akbar 20 skopertura tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi konsolidata, bl-esklużjoni tal-iskoperturi eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1). L-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw ukoll skoperturi ta' valur akbar minn jew ugwali għal EUR 300 miljun iżda inqas minn 10 % tal-kapital ta' Grad 1 tal-istituzzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom fuq bażi konsolidata.
|
|
Artikolu 394 2.
|
►M17
Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b'rabta mal-akbar 10 skoperturi tagħhom għall-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata, kif ukoll l-akbar 10 skoperturi tagħhom għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela fuq bażi konsolidata, inkluż skoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1): ◄
(a)
l-identità tal-klijent jew tal-grupp ta' klijenti konnessi li għalihom istituzzjoni għandha skopertura kbira;
(b)
il-valur tal-iskopertura qabel ma jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli;
(c)
fejn tintuża, it-tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux finanzjata;
(d)
il-valur tal-iskopertura wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), fejn applikabbli.
Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-iskopertura aggregata tagħhom għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela.
|
|
Artikolu 394 3.
|
L-istituzzjonijiet għandhom jirrappurtaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom mill-inqas fuq bażi ta' kull sitt xhur.
|
|
Artikolu 394 4.
|
L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji għall-identifikazzjoni tal-entitajiet bankarji paralleli msemmija fil-paragrafu 2. Fl-iżvilupp ta' dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ABE għandha tqis l-iżviluppi internazzjonali u l-istandards maqbula internazzjonalment dwar sistema bankarja parallela u għandha tqis jekk:
(a)
ir-relazzjoni ma' entità individwali jew grupp ta' entitajiet jista' jkollha riskji għas-solvenza jew il-pożizzjoni ta' likwidità tal-istituzzjoni;
(b)
l-entitajiet li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta' solvenza jew ta' likwidità simili għal dawk imposti minn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu totalment jew parzjalment esklużi mill-obbligu li jkunu rappurtati msemmi fil-paragrafu 2 dwar entitajiet bankarji paralleli.
L-ABE għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-28 ta' Ġunju 2020. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|