|
+Artikolu 394 2. |
Artikolu 394 2.►M17 Minbarra l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom b'rabta mal-akbar 10 skoperturi tagħhom għall-istituzzjonijiet fuq bażi konsolidata, kif ukoll l-akbar 10 skoperturi tagħhom għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela fuq bażi konsolidata, inkluż skoperturi kbar eżentati mill-applikazzjoni tal-Artikolu 395(1): ◄
(a)
l-identità tal-klijent jew tal-grupp ta' klijenti konnessi li għalihom istituzzjoni għandha skopertura kbira;
(b)
il-valur tal-iskopertura qabel ma jittieħed kont tal-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu, meta applikabbli;
(c)
fejn tintuża, it-tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata jew mhux finanzjata;
(d)
il-valur tal-iskopertura wara li jitqies l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kalkulat għall-finijiet tal-Artikolu 395(1), fejn applikabbli. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet għandhom jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-iskopertura aggregata tagħhom għall-entitajiet ta' sistema bankarja parallela. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|