|
+Artikolu 439 Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti |
Artikolu 439 Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu ta' kontropartiArtikolu 439 Divulgazzjoni ta' skoperturi għal riskju ta' kreditu ta' kontroparti L-istituzzjonijiet għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni li ġejja fir-rigward tal-iskopertura tagħhom għal riskju ta' kreditu tal-kontroparti kif imsemmi fil-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta:
(a)
deskrizzjoni tal-metodoloġija użata biex tassenja limiti interni tal-kapital u l-kreditu għall-iskoperturi ta' kreditu tal-kontroparti, inkluż il-metodi biex jassenjaw dawk il-limiti lil skoperturi għal kontropartijiet ċentrali;
(b)
deskrizzjoni ta' politiki relatati ma' garanziji u mitiganti oħra tar-riskju ta' kreditu, bħall-politiki għall-iżgurar ta' kollateral u l-istabbiliment ta' riservi tal-kreditu;
(c)
deskrizzjoni ta' politiki fir-rigward ta' Riskju Ġenerali ta' Korrelazzjoni Ħażina u Riskju Speċifiku ta' Korrelazzjoni Ħażina kif definiti fl-Artikolu 291;
(d)
l-ammont ta' kollateral li l-istituzzjoni jkollha tipprovdi jekk il-klassifikazzjoni tal-kreditu tagħha titbaxxa;
(e)
l-ammont ta' kollateral segregat u mhux segregat riċevut u depożitat għal kull tip ta' kollateral, diżaggregat ulterjorment bejn kollateral użat għal derivattivi u tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli;
(f)
għal tranżazzjonijiet ta' derivattivi, il-valuri ta' skopertura qabel u wara l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kif determinat skont il-metodi stipulati fit-Taqsimiet 3 sa 6 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, skont liema metodu jkun applikabbli, u l-ammonti ta' skopertura tar-riskju assoċjat diżaggregat skont il-metodu applikabbli;
(g)
għal tranżazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli, il-valuri ta' skopertura qabel u wara l-effett tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu kif determinat skont il-metodi stipulati fil-Kapitoli 4 u 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, skont liema metodu jintuża, u l-ammonti ta' skopertura tar-riskju assoċjat diżaggregati skont il-metodu applikabbli;
(h)
il-valuri ta' skopertura wara l-effetti tal-mitigazzjoni tar-riskju tal-kreditu u l-iskoperturi tar-riskju assoċjat għall-imposta kapitali tal-aġġustament ta' valutazzjoni tal-kreditu b'mod separat għal kull metodu kif stipulat fit-Titolu VI tal-Parti Tlieta;
(i)
il-valur ta' skopertura għal kontropartijiet ċentrali u l-iskoperturi tar-riskju assoċjat fl-ambitu tat-Taqsima 9 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, b'mod separat għall-kontropartijiet ċentrali kwalifikanti u mhux kwalifikanti, u diżaggregati skont it-tipi ta' skoperturi;
(j)
l-ammonti nozzjonali u l-valur ġust ta' tranżazzjonijiet ta' derivattivi tal-kreditu; It-tranżazzjonijiet ta' derivattivi tal-kreditu għandhom jiġu diżaggregati skont it-tip ta' prodott; fi ħdan kull tip ta' prodott, it-tranżazzjonijiet ta' derivattivi tal-kreditu għandhom jiġu diżaggregati ulterjorment skont il-protezzjoni ta' kreditu mixtrija u l-protezzjoni ta' kreditu mibjugħa;
(k)
l-istima tal-alpha meta l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess tal-awtoritajiet kompetenti biex tuża l-istima tal-alpha tagħha stess f'konformità mal-Artikolu 284(9);
(l)
b'mod separat, l-iskoperturi inklużi fil-punt (e) tal-Artikolu 444 u l-punt (g) tal-Artikolu 452;
(m)
għall-istituzzjonijiet li jużaw il-metodi stipulati fit-Taqsimiet 4 sa 5 tal-Kapitolu 6 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta, id-daqs tan-negozju tad-derivattivi tagħhom li jidher fil-karta tal-bilanċ u li ma jidhirx fil-karta tal-bilanċ kif kalkulat skont l-Artikolu 273a(1) u (2), kif applikabbli. Fejn il-bank ċentrali ta' Stat Membru jipprovdi l-assistenza ta' likwidità fil-forma ta' tranżazzjonijiet ta' swap kollaterali, l-awtorità kompetenti tista' teżenta l-istituzzjonijiet mir-rekwiżit fil-punti (d) u (e) tal-ewwel subparagrafu meta dik l-awtorità' kompetenti tqis li d-divulgazzjoni tal-informazzjoni msemmija fihom tista' tikxef li ġiet ipprovduta assistenza ta' likwidità ta' emerġenza. Għal dawk il-finijiet, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi livelli limiti adatti u kriterji objettivi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|