+2. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istituzzjonijiet soġġetti għall-ġbir tad-dejta 2.1. L-awtoritajiet …

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istituzzjonijiet soġġetti għall-ġbir tad-dejta 2.1. L-awtoritajiet …

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istituzzjonijiet soġġetti għall-ġbir tad-dejta

2.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni komparattiva tal-prattiki ta’ rimunerazzjoni tkopri mill-inqas 60% tas-settur finanzjarju fformat mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u mid-ditti tal-investiment fil-ġurisdizzjoni tagħhom, espress f’termini tal-assi totali aggregati tal-istituzzjonijiet fi tmiem is-sena kalendarja.

2.2. Fejn ma tistax tkun garantita b’mod raġonevoli kopertura ta’ 60% mill-awtoritajiet kompetenti, pereżempju minħabba li s-suq ikun iddominat mis-sussidjarji tal-istituzzjonijiet prinċipali taż-ŻEE li jinsabu fi Stat Membru differenti u dawn l-istituzzjonijiet prinċipali fi ħdan iż-ŻEE ma jiġux inklużi fid-dejta rrapportata skont il-lista tal-istituzzjonijiet ipprovduta mill-EBA, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b’mod alternattiv, jissottomettu tagħrif għal massimu ta’ 20 minn fost l-akbar istituzzjonijiet individwali fl-Istat Membru tagħhom.

2.3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu, fl-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva nazzjonali tagħhom, istituzzjonijiet addizzjonali li għalihom jistgħu jqisu li huwa neċessarju li jiġbru dejta dwar ir-rimunerazzjoni.

2.4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-EBA kull sena dwar l-istituzzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fl-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tal-EBA. Dan jista’ jsir billi l-EBA tiġi informata dwar kwalunkwe bidliet imqabbla ma’ dawk tas-sena ta’ qabel. Il-bidliet fil-kampjun ta’ istituzzjonijiet għandhom jiġu evitati kemm jista’ jkun sabiex jiġi żgurat li l-kampjun jibqa’ stabbli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu dejta għall-istituzzjonijiet kollha inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet stabbilita mill-EBA.

2.5. L-awtoritajiet kompetenti li inkludew sussidjarji fil-lista ta’ istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-lista pprovduta mill-EBA sabiex jiżguraw li d-dejta ma tkunx parti minn kwalunkwe dejta kkonsolidata li ser tinġabar. Jekk is-sussidjarja tiġi inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni ta’ istituzzjoni inkluża fl-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tal-EBA, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-EBA sabiex tneħħi lis-sussidjarja mil-lista ta’ istituzzjonijiet, biex b’hekk id-dejta għal din is-sussidjarja tiġi sottomessa biss bħala parti mid-dejta kkonsolidata miġbura.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/