+Title I - Subject matter, scope and definitions
---+1. Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida 1.1. Dawn il-Linji Gwida jipprovdu …
---+2. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istituzzjonijiet soġġetti għall-ġbir tad-dejta 2.1. L-awtoritajiet …
---+3. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni u l-ġbir tad-dejta 3.1. L-awtoritajiet kompetenti …

Title I - Subject matter, scope and definitions

Title I - Subject matter, scope and definitions

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
1. Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida 1.1. Dawn il-Linji Gwida jipprovdu …

Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida

1.1. Dawn il-Linji Gwida jipprovdu aktar dettalji dwar:

  • (a) it-tagħrif li għandu jiġi sottomess lill-EBA rigward il-valutazzjoni komparattiva tax-xejriet u tal-prattiki ta’ rimunerazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2013/36/UE1 ;
  • (b) il-valutazzjoni komparattiva tax-xejriet u tal-prattiki ta’ rimunerazzjoni fil-livell taż-ŻEE, il-miżuri li jridu jittieħdu sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tad-dejta miġbura għal dan il-għan u l-involviment proċedurali tal-awtoritajiet kompetenti fl-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tar-rimunerazzjoni tal-EBA (‘l-eżerċizzju’) skont l-Artikolu 75(2) tad-Direttiva 2013/36/UE.

1.2. Dawn il-Linji Gwida huma indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti.

1.3. It-termini definiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/36/UE jew fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 575/20132 għandhom l-istess tifsira f’dawn il-Linji Gwida.


1 Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338). 2 Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1). 3

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istituzzjonijiet soġġetti għall-ġbir tad-dejta 2.1. L-awtoritajiet …

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-istituzzjonijiet soġġetti għall-ġbir tad-dejta

2.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-valutazzjoni komparattiva tal-prattiki ta’ rimunerazzjoni tkopri mill-inqas 60% tas-settur finanzjarju fformat mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u mid-ditti tal-investiment fil-ġurisdizzjoni tagħhom, espress f’termini tal-assi totali aggregati tal-istituzzjonijiet fi tmiem is-sena kalendarja.

2.2. Fejn ma tistax tkun garantita b’mod raġonevoli kopertura ta’ 60% mill-awtoritajiet kompetenti, pereżempju minħabba li s-suq ikun iddominat mis-sussidjarji tal-istituzzjonijiet prinċipali taż-ŻEE li jinsabu fi Stat Membru differenti u dawn l-istituzzjonijiet prinċipali fi ħdan iż-ŻEE ma jiġux inklużi fid-dejta rrapportata skont il-lista tal-istituzzjonijiet ipprovduta mill-EBA, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, b’mod alternattiv, jissottomettu tagħrif għal massimu ta’ 20 minn fost l-akbar istituzzjonijiet individwali fl-Istat Membru tagħhom.

2.3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu, fl-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva nazzjonali tagħhom, istituzzjonijiet addizzjonali li għalihom jistgħu jqisu li huwa neċessarju li jiġbru dejta dwar ir-rimunerazzjoni.

2.4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu lill-EBA kull sena dwar l-istituzzjonijiet li għandhom jiġu inklużi fl-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tal-EBA. Dan jista’ jsir billi l-EBA tiġi informata dwar kwalunkwe bidliet imqabbla ma’ dawk tas-sena ta’ qabel. Il-bidliet fil-kampjun ta’ istituzzjonijiet għandhom jiġu evitati kemm jista’ jkun sabiex jiġi żgurat li l-kampjun jibqa’ stabbli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu dejta għall-istituzzjonijiet kollha inklużi fil-lista ta’ istituzzjonijiet stabbilita mill-EBA.

2.5. L-awtoritajiet kompetenti li inkludew sussidjarji fil-lista ta’ istituzzjonijiet għandhom jirrevedu l-lista pprovduta mill-EBA sabiex jiżguraw li d-dejta ma tkunx parti minn kwalunkwe dejta kkonsolidata li ser tinġabar. Jekk is-sussidjarja tiġi inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni ta’ istituzzjoni inkluża fl-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tal-EBA, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-EBA sabiex tneħħi lis-sussidjarja mil-lista ta’ istituzzjonijiet, biex b’hekk id-dejta għal din is-sussidjarja tiġi sottomessa biss bħala parti mid-dejta kkonsolidata miġbura.

3. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni u l-ġbir tad-dejta 3.1. L-awtoritajiet kompetenti …

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-konsolidazzjoni u l-ġbir tad-dejta

3.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru d-dejta fl-ogħla livell ta’ konsolidazzjoni kif stabbilit fl-Ewwel Parti, it-Titolu II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 1 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jiġifieri fil-livell ikkonsolidat taż-ŻEE, billi jiġu koperti s-sussidjarji u l-fergħat kollha fi ħdan grupp, kemm jekk stabbiliti fi Stat Membru jew inkella f’pajjiż terz. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-ġbir tad-dejta dwar ir-rimunerazzjoni għandu jkun l-istess bħall-kamp ta’ applikazzjoni għall-applikazzjoni tar-rekwiżiti tal-fondi proprji kkonsolidati.

3.2. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għas-superviżjoni fuq bażi kkonsolidata taż-ŻEE għandhom jiġbru l-informazzjoni deskritta f’dawn il-Linji Gwida mingħand l-istituzzjoni li hija responsabbli sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 450 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fuq bażi kkonsolidata.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/