+4. It-tagħrif li għandu jinġabar u s-sottomissjoni għad-dati tal-EBA 4.1. L-awtoritajiet kompetenti …

4. It-tagħrif li għandu jinġabar u s-sottomissjoni għad-dati tal-EBA 4.1. L-awtoritajiet kompetenti …

It-tagħrif li għandu jinġabar u s-sottomissjoni għad-dati tal-EBA

4.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-figuri li ġejjin fi tmiem is-sena finanzjarja denominati fil-munita euro mingħand l-Istituzzjonijiet inklużi fl-eżerċizzju sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena:

  • (a) il-mudell ipprovdut fl-Anness 1 li fih dejta dwar ir-rimunerazzjoni tal-membri kollha tal-persunal;
  • (b) il-mudell ipprovdut fl-Anness 2 li fih tagħrif dwar ir-rimunerazzjoni tal-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni3 (il-membri tal-persunal identifikati);
  • (c) il-mudell ipprovdut fl-Anness 3 li fih tagħrif dwar il-membri tal-persunal identifikati mħallsin is-somma ta’ EUR 1 miljun jew aktar għal kull sena finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 450(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġbru dejta addizzjonali għall-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva nazzjonali tagħhom.

4.3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tal-EBA lill-EBAS sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena billi jużaw is-sistema ta’ rapportar tal-valutazzjoni komparattiva tar-rimunerazzjoni tal-EBA u billi jsegwu l-ispeċifikazzjonijiet ipprovduti mill-EBA għall-użu ta’ din is-sistema.


3 Ara r-Regolament (UE) Nru 604/2014 (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:JOL_2014_167_R_0003) abbażi tal-abbozz tal-Istandards Tekniċi Regolatorji tal-EBA. 4 Dawn l-ammonti huma rrapportati taħt ‘Ammont totali ta’ aġġustament espliċitu tal-prestazzjoni ex-post applikat fis-sena N għar-rimunerazzjoni mogħtija qabel’. 5 Dawn l-ammonti huma rrapportati taħt l-'Artikolu 450(h)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; l-ammont totali ta’ rimunerazzjoni varjabbli differita pendenti mogħtija fil-perjodi preċedenti u mhux fis-sena N'. 5

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/