+Title II - Requirements regarding the format and frequency of the remuneration benchmarking exercise
---+4. It-tagħrif li għandu jinġabar u s-sottomissjoni għad-dati tal-EBA 4.1. L-awtoritajiet kompetenti …
---+5. Is-sena ta’ referenza tad-dejta miġbura u l-konverżjoni tal-munita 5.1. Id-dejta għandha …
---+6. Il-kwalità tad-dejta 6.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-kompletezza u …

Title II - Requirements regarding the format and frequency of the remuneration benchmarking exercise

Title II - Requirements regarding the format and frequency of the remuneration benchmarking exercise

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
4. It-tagħrif li għandu jinġabar u s-sottomissjoni għad-dati tal-EBA 4.1. L-awtoritajiet kompetenti …

It-tagħrif li għandu jinġabar u s-sottomissjoni għad-dati tal-EBA

4.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-figuri li ġejjin fi tmiem is-sena finanzjarja denominati fil-munita euro mingħand l-Istituzzjonijiet inklużi fl-eżerċizzju sat-30 ta’ Ġunju ta’ kull sena:

  • (a) il-mudell ipprovdut fl-Anness 1 li fih dejta dwar ir-rimunerazzjoni tal-membri kollha tal-persunal;
  • (b) il-mudell ipprovdut fl-Anness 2 li fih tagħrif dwar ir-rimunerazzjoni tal-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni3 (il-membri tal-persunal identifikati);
  • (c) il-mudell ipprovdut fl-Anness 3 li fih tagħrif dwar il-membri tal-persunal identifikati mħallsin is-somma ta’ EUR 1 miljun jew aktar għal kull sena finanzjarja kif imsemmi fl-Artikolu 450(1)(i) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

4.2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġbru dejta addizzjonali għall-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva nazzjonali tagħhom.

4.3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu d-dejta meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tal-EBA lill-EBAS sal-31 ta’ Awwissu ta’ kull sena billi jużaw is-sistema ta’ rapportar tal-valutazzjoni komparattiva tar-rimunerazzjoni tal-EBA u billi jsegwu l-ispeċifikazzjonijiet ipprovduti mill-EBA għall-użu ta’ din is-sistema.


3 Ara r-Regolament (UE) Nru 604/2014 (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:JOL_2014_167_R_0003) abbażi tal-abbozz tal-Istandards Tekniċi Regolatorji tal-EBA. 4 Dawn l-ammonti huma rrapportati taħt ‘Ammont totali ta’ aġġustament espliċitu tal-prestazzjoni ex-post applikat fis-sena N għar-rimunerazzjoni mogħtija qabel’. 5 Dawn l-ammonti huma rrapportati taħt l-'Artikolu 450(h)(iii) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; l-ammont totali ta’ rimunerazzjoni varjabbli differita pendenti mogħtija fil-perjodi preċedenti u mhux fis-sena N'. 5

5. Is-sena ta’ referenza tad-dejta miġbura u l-konverżjoni tal-munita 5.1. Id-dejta għandha …

Is-sena ta’ referenza tad-dejta miġbura u l-konverżjoni tal-munita

5.1. Id-dejta għandha tinkludi rimunerazzjoni fissa u varjabbli mogħtija għall-prestazzjoni matul is-sena tal-eżekuzzjoni qabel is-sena li fiha ġiet ippreżentata l-informazzjoni.

5.2. Ir-rimunerazzjoni mogħtija abbażi ta’ perjodi ta’ akkumulazzjoni multiannwali li ma jdurux fuq bażi annwali, jiġifieri, fejn l-istituzzjonijiet ma jibdewx perjodu multiannwali ġdid kull sena, għandha tiġi allokata kompletament għas-sena finanzjarja li fiha ngħatat ir-rimunerazzjoni, mingħajr ebda kunsiderazzjoni tal-punt fiż-żmien meta effettivament titħallas ir-rimunerazzjoni varjabbli. Dawn l-ammonti għandhom jiġu rrapportati separatament sabiex tkun tista’ ssir analiżi ulterjuri tal-varjazzjonijiet tar-rimunerazzjoni varjabbli mogħtija u ma għandhomx jitnaqqsu mill-ammont ta’ rimunerazzjoni varjabbli rrapportat.

5.3. L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fuq l-aġġustamenti ex-post, inklużi clawback u malus , tirreferi għall-applikazzjoni ta’ dawn l-arranġamenti għar-rimunerazzjoni diġà mogħtija. Dawn l-ammonti għandhom jiġu rrapportati separatament4 u ma għandhomx jitnaqqsu mill-ammont ta’ rimunerazzjoni varjabbli rrapportat.

5.4. Huma biss l-ammonti ta’ rimunerazzjoni varjabbli mogħtija fis-sena tal-eżekuzzjoni li ġew differiti li għandhom jiġu rrapportati bħala rimunerazzjoni differita. Ir-rimunerazzjoni varjabbli differita għall-perjodi preċedenti li għadha ma ġietx vestita għandha tiġi rrapportata separatament5 . 5.5. Id-dejta għandha tiġi ppreżentata bl-użu tal-figuri fi tmiem is-sena tal-kontabbiltà f’EUR. L-ammonti kollha għandhom jiġu rrapportati bħala ammonti sħaħ, jiġifieri mhux ammonti arrotondati, f’euro (eż. EUR 1 234 567 minflok EUR 1.2 miljun). Meta r-rimunerazzjoni tiġi divulgata f’munita oħra minbarra l-euro, ir-rata tal-kambju użata mill-Kummissjoni għall-programmazzjoni finanzjarja u l-baġit għal Diċembru tas-sena tar-rapportar għandhom jintużaw għall-konverżjoni tal-figuri kkonsolidati li jridu jiġu rrapportati6 .

5.6. Meta n-numri jkunu jridu jiġu rrapportati f’termini tan-numru ta’ ħaddiema, għandu jiddaħħal in-numru ta’ persuni fiżiċi, indipendentement min-numru ta’ sigħat tax-xogħol li fuqhom huwa bbażat il-kuntratt tagħhom. Meta n-numri jkunu jridu jiġu rrapportati f’termini tal-ekwivalenti għal full-time, in-numru għandu jkun ibbażat fuq il-perċentwal taż-żmien li membru tal-persunal ikun impjegat imqabbel ma’ kuntratt fuq bażi full-time (eż. jiġi rrapportat 0.5 għal membru tal-persunal li qed jaħdem fuq bażi part-time).

5.7. Il-membri tal-persunal għandhom jiġu kklassifikati skont il-funzjoni jew il-qasam tan-negozju fejn huma jwettqu l-parti predominanti tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom. L-ammont sħiħ ta’ rimunerazzjoni mogħtija lil dak il-membru tal-persunal fi ħdan il-grupp jew l-istituzzjoni għandu jiġi rrapportat taħt din il-funzjoni jew dan il-qasam tan-negozju.


6 L-EBA tipprovdi link għall-informazzjoni fuq is-sit elettroniku tagħha flimkien ma’ dawn il-Linji Gwida; ir-rata tal-kambju tista’ wkoll tiġi aċċessata taħt http://ec.europa.eu/budget/contracts_grants/info_contracts/inforeuro/inforeuro_en.cfm. 6

6. Il-kwalità tad-dejta 6.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-kompletezza u …

Il-kwalità tad-dejta

6.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-kompletezza u l-plawżibbiltà tad-dejta rrapportata minn kull istituzzjoni li tieħu sehem fl-eżerċizzju.

6.2. Bil-għan li jiżguraw il-kwalità għolja tad-dejta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu kontrolli addizzjonali u speċifiċi fuq il-kwalità tad-dejta, fejn jintalbu jagħmlu dan mill-EBA.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/