|
+8. Arranġamenti tranżitorji 8.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru d-dejta relatata … |
8. Arranġamenti tranżitorji 8.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru d-dejta relatata …Arranġamenti tranżitorji 8.1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru d-dejta relatata mas-sena tal-eżekuzzjoni 2013 mingħand l-istituzzjonijiet sa data li tiżgura li d-dejta relatata mas-sena tal-eżekuzzjoni 2013 tiġi sottomessa lill-EBA sat-30 ta’ Novembru 2014. 8.2. Għad-dejta relatata mas-sena tal-eżekuzzjoni 2013, ‘il-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni’ jitqiesu bħala dawk li huma deskritti fl-Anness V, it-Taqsima 11(23) tad-Direttiva 2006/49, kif emendata mid-Direttiva 2010/76/UE. 8.3. Meta d-dejta li tkun trid tiġi ppreżentata għas-sena tal-eżekuzzjoni 2013 ma tkunx tista’ tiġi identifikata fil-funzjonijiet u fl-oqsma tan-negozju speċifikati f’dawn il-Linji Gwida, l-istituzzjonijiet jistgħu jirrapportaw, għall-2013, bl-użu tal-mudelli inklużi f’dawn il-Linji Gwida, dejta aggregata għall-funzjonijiet tal-korp maniġerjali fil-funzjoni maniġerjali tiegħu u tal-korp maniġerjali fil-funzjoni superviżorja tiegħu, għall-funzjonijiet korporattivi u għall-funzjonijiet ta’ kontroll indipendenti taħt il-kategorija ‘l-oħrajn kollha’. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|