+12. Fir-rigward ta’ miżuri li jirrestrinġu jew jimpedixxu l-iżvilupp jew il-bejgħ ta’ linji ġodda …
|
12. Fir-rigward ta’ miżuri li jirrestrinġu jew jimpedixxu l-iżvilupp jew il-bejgħ ta’ linji ġodda …
Fir-rigward ta’ miżuri li jirrestrinġu jew jimpedixxu l-iżvilupp jew il-bejgħ ta’ linji ġodda ta’ negozju jew prodotti skont il-punt (f) tal-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: - (a) L-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li japplikaw restrizzjonijiet fuq prodotti li huma strutturati b’mod li jfixkel l-użu ta’ għodod ta’ riżoluzzjoni, jew bil-għan li tiġi evitata l-applikazzjoni tagħhom.
- (b) L-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw li jirrestrinġu jew jostakolaw l-iżvilupp jew il-bejgħ ta’ prodotti rregolati mil-liġi f’pajjiż terz jew strumenti maħruġin minn entitajiet f’ġurisdizzjoni barranija, pereżempju fergħa f’pajjiż terz jew entità b’għan speċjali, jekk il-liġi tal-pajjiż terz ma tagħtix effett lill-użu ta’ setgħat ta’ riżoluzzjoni previsti mill-istrateġija ta’ riżoluzzjoni jew ma tagħmilhomx effettivament infurzabbli, jew jekk il-bejgħ ta’ dawn il-prodotti x’aktarx ikollu effetti negattivi sinifikanti fuq l-użu jew l-implimentazzjoni ta’ setgħat ta’ riżoluzzjoni. Skont dawn il-kundizzjonijiet, l-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw ukoll li jirrestrinġu l-bejgħ lill-investituri f’ġurisdizzjonijiet barranin, meta ż-żamma ta’ prodotti minn dawn l-investituri tirriżulta potenzjalment f’azzjoni legali kontra l-awtorità ta’ riżoluzzjoni.
- (c) L-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jirrestrinġu l-iżvilupp jew il-bejgħ ta’ prodotti jekk, bħala riżultat tal-kumplessità ta’ dawn il-prodotti, il-valutazzjoni tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni mill-awtorità ta’ riżoluzzjoni tkun danneġġata jew il-valutazzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2014/59/UE tkun imfixkla b’mod sinifikanti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|