+15. Fir-rigward tal-ħtieġa għal impriża prinċipali, jew kumpanija msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d) …
|
15. Fir-rigward tal-ħtieġa għal impriża prinċipali, jew kumpanija msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d) …
Fir-rigward tal-ħtieġa għal impriża prinċipali, jew kumpanija msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d) li jinħarġu l-istrumenti ta’ dejn jew self imsemmija fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2014/59/UE skont il-punt (i) tal-Artikolu 17(5) tad-Direttiva 2014/59/UE, japplikaw l-ispeċifikazzjonijiet li ġejjin: - (a) Fuq il-bażi tal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni preferuta, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu istituzzjoni fil-livell adattat biex toħroġ ammont suffiċjenti ta’ obbligazzjonijiet mistennija li jikkontribwixxu għall-assorbiment tat-telf u rikapitalizzazzjoni, b’kunsiderazzjoni tat-telf potenzjali fl-entitajiet maqbuda mill-istrateġija ta’ riżoluzzjoni mingħajr obbligazzjonijiet suffiċjenti mistennija li jikkontribwixxu għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni waħedhom, u fejn applikabbli, aktar entitajiet li jappartjenu fl-istess grupp. Meta l-istrateġija ta’ riżoluzzjoni tiddependi fuq il-funġibbiltà tal-obbligazzjonijiet mistennija li jikkontribwixxu għall-assorbiment tat-telf u r-rikapitalizzazzjoni, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom iqisu l-limiti regolatorji lokali u ftehimiet eżistenti ta’ appoġġ tal-grupp.
- (b) Għal strateġija SPE, l-obbligazzjonijiet li jikkontribwixxu għal assorbiment tat-telf għandhom ikunu biżżejjed biex jassorbu t-telf fil-grupp kollu u, bi qbil mal-istrateġija ta’ riżoluzzjoni, biex jiżguraw l-integrità u l-operabbiltà ta’ dawk il-partijiet tal-grupp fejn jitwettqu funzjonijiet kritiċi. Fin-nuqqas ta’ obbligazzjonijiet suffiċjenti mistennija li jikkontribwixxu għal assorbiment tat-telf u rikapitalizzazzjoni f’livell sussidjarju u jekk meħtieġ li jimplimentaw strateġija ta’ riżoluzzjoni SPE, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni għandhom jikkunsidraw li jeħtieġu li l-kumpanija prinċipali jew holding tipprovdi finanzjament lis-sussidjarji f’forma subordinata biex tiffaċilita l-upstreaming ta’ telf mill-kumpanija sussidjarja, biex b’hekk jiġi evitat li s-sussidjarja tidħol f’riżoluzzjoni. Tpaċija bejn talbiet ta’ sussidjarja kontra l-kumpanija prinċipali u t-talbiet tal-kumpanija prinċipali kolntra s-sussidjarja ma għandhiex tkun disponibbli.
- (c) Għal strateġija MPE, l-obbligazzjonijiet li jikkontribwixxu għal assorbiment tat-telf għandhom ikunu biżżejjed f’kull punt ta’ dħul biex jassorbu t-telf f’dawk l-entitajiet inklużi fl-unità ta’ riżoluzzjoni MPE.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|