+1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
---+14. Għall-finijiet tat-twettiq ta’ determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx …
---+15. L-elementi oġġettivi elenkati f’dawn il-Linji Gwida għandhom jiġu analizzati bir-reqqa fuq bażi …
---+16. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huwa mistenni li diversi fatturi, aktar milli sempliċiment …
---+17. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 16, uħud mill-elementi oġġettivi inklużi f’dawn il-Linji …
---+18. Meta tiġi biex tiddetermina jekk istituzzjoni hijiex qiegħda tfalli jew huwiex probabbli li …

1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
14. Għall-finijiet tat-twettiq ta’ determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx …

Għall-finijiet tat-twettiq ta’ determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli, b’konformità maċ-ċirkostanzi stipulati fl-Artikolu 32(4)(a)-(c) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtorità kompetenti u l-awtorità tar-riżoluzzjoni, kif jista’ jkun il-każ, għandha tivvaluta l-elementi oġġettivi relatati mal-oqsma li ġejjin, kif speċifikati aktar f’dawn il-Linji Gwida:

  • - il-pożizzjoni kapitali ta’ istituzzjoni;
  • - il-pożizzjoni tal-likwidità ta’ istituzzjoni; u
  • - kwalunkwe rekwiżit ieħor għat-tkomplija tal-awtorizzazzjoni (inklużi l-arranġamenti ta’ governanza u l-kapaċità operattiva).
15. L-elementi oġġettivi elenkati f’dawn il-Linji Gwida għandhom jiġu analizzati bir-reqqa fuq bażi …

L-elementi oġġettivi elenkati f’dawn il-Linji Gwida għandhom jiġu analizzati bir-reqqa fuq bażi komprensiva. Id-determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli għandha tibqa’ ġudizzju espert u ma għandhiex tiġi derivata awtomatikament minn kwalunkwe wieħed mill-elementi oġġettivi biss. Dan huwa partikolarment minnu fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-elementi li jistgħu jiġu affettwati minn fatturi li mhumiex direttament relatati mal-pożizzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni.

16. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huwa mistenni li diversi fatturi, aktar milli sempliċiment …

Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, huwa mistenni li diversi fatturi, aktar milli sempliċiment wieħed, stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida, jinformaw id-determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli. Madankollu, jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet fejn l-issodisfar ta’ kundizzjoni waħda biss, skont is-severità u l-impatt prudenzjali tagħha, ikun biżżejjed biex iwassal għal riżoluzzjoni.

17. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 16, uħud mill-elementi oġġettivi inklużi f’dawn il-Linji …

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 16, uħud mill-elementi oġġettivi inklużi f’dawn il-Linji Gwida, bħall-iżviluppi makro-ekonomiċi u l-indikaturi tas-suq, għandhom dejjem jiġu vvalutati flimkien ma’ fatturi oħrajn għad-determinazzjoni li istituzzjoni qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli, u jiġu inkwadrati f’valutazzjoni komprensiva tal-istituzzjoni. Meta l-awtoritajiet rilevanti jużaw l-indikaturi esterni msemmija fil-paragrafi 21(c)-(e) u 25(a)-(b) ta’ dawn il-Linji Gwida, kwalunkwe determinazzjoni relatata mal-istituzzjoni li tfalli jew li probabbli tfalli għandha tiġi appoġġjata minn valutazzjoni oġġettiva tal-pożizzjoni finanzjarja attwali tal-istituzzjoni, sabiex b’hekk ikunu jistgħu jilqgħu għar-riskju ta’ spekulazzjoni tas-suq u jirrikonoxxu r-riskju ta’ fallimenti tas-suq f’każ ta’ kriżi sistemika.

18. Meta tiġi biex tiddetermina jekk istituzzjoni hijiex qiegħda tfalli jew huwiex probabbli li …

Meta tiġi biex tiddetermina jekk istituzzjoni hijiex qiegħda tfalli jew huwiex probabbli li tfalli, l-awtorità kompetenti jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tibbaża d-determinazzjoni tagħha fuq il-valutazzjoni tal-elementi oġġettivi stabbiliti fit-Taqsimiet 2, 3 u 4 tat-Titolu II u tieħu f’kunsiderazzjoni dawn li ġejjin, fejn rilevanti:

  • a. il-fatt li istituzzjoni attivat il-pjan ta’ rkupru tagħha u li l-implimentazzjoni tal-għażliet ta’ rkupru magħżula mill-pjan ta’ rkupru tagħha falliet, b’mod partikolari meta l-attivazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tkun ġiet imposta fuq istituzzjoni mill-awtorità kompetenti bħala miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 27(1)(a) tad-Direttiva 2014/59/UE;
  • b. notifika riċevuta mill-awtorità kompetenti b’konformità mal-Artikolu 81(1) tad-Direttiva 2014/59/UE mingħand il-korp maniġerjali ta’ istituzzjoni, li tqis l-istituzzjoni bħala li qiegħda tfalli jew li x’aktarx tfalli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/