+4.1. Arranġamenti ta’ governanza
---+28. Ċerti elementi oġġettivi għandhom jindikaw li istituzzjoni għandha dgħjufijiet serji …
---+29. Għall-finijiet tal-paragrafu 28(c), eżempji ta’ tali nuqqasijiet materjali, li flimkien jistgħu …

4.1. Arranġamenti ta’ governanza

4.1. Arranġamenti ta’ governanza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
28. Ċerti elementi oġġettivi għandhom jindikaw li istituzzjoni għandha dgħjufijiet serji …

Ċerti elementi oġġettivi għandhom jindikaw li istituzzjoni għandha dgħjufijiet serji fl-arranġamenti ta’ governanza tagħha li jistgħu, f’ħafna każijiet flimkien ma’ elementi oġġettivi oħrajn relatati mal-kapital u l-likwidità, jiġġustifikaw l-irtirar tal-awtorizzazzjoni. Fost l-oħrajn, dawn l-elementi jinkludu:

  • a. dikjarazzjonijiet żbaljati sinifikanti fir-rappurtar regolatorju jew fir-rendikonti finanzjarji li jirriżultaw, b’mod partikolari, f’rifjut ta’ opinjoni jew l-għoti ta’ opinjoni kkwalifikata mill-awditur estern;
  • b. imblokk fit-tul fil-korp maniġerjali tal-istituzzjoni, li jwassal għan-nuqqas ta’ abbiltà tagħha li tieħu deċiżjonijiet kritiċi;
  • c. akkumulazzjoni ta’ nuqqasijiet materjali f’oqsma ewlenin tal-arranġamenti ta’ governanza, li flimkien iħallu impatt prudenzjali negattiv materjali fuq l-istituzzjoni.
29. Għall-finijiet tal-paragrafu 28(c), eżempji ta’ tali nuqqasijiet materjali, li flimkien jistgħu …

Għall-finijiet tal-paragrafu 28(c), eżempji ta’ tali nuqqasijiet materjali, li flimkien jistgħu jħallu impatt prudenzjali negattiv materjali fuq l-istituzzjoni, jistgħu jinkludu:

  • - ippjanar strateġiku inadegwat u formalizzazzjoni tat-tolleranza/predispożizzjoni għar-riskju u l-qafas għall-ġestjoni tar-riskju, li jwasslu għan-nuqqas ta’ abbiltà tal-identifikazzjoni, tal-ġestjoni u tar-rappurtar tar-riskji li l-istituzzjoni hija jew tista’ tkun esposta għalihom;
  • - dgħjufijiet, nuqqasijiet jew kwistjonijiet materjali li ma ġewx irrappurtati kif suppost u/jew b’mod f’waqtu lill-korp maniġerjali;
  • - mekkaniżmi inadegwati ta’ kontroll intern;
  • - deprezzament kbir tar-reputazzjoni li jirriżulta min-nuqqas ta’ konformità ma’ kriterji ‘kompetenti u idonei’ ta’ individwi b’funzjonijiet ewlenin fl-istituzzjoni;
  • - deprezzament kbir tar-reputazzjoni li jirriżulta minn nuqqas ta’ trasparenza fit-twettiq tan-negozju u tal-operazzjonijiet jew divulgazzjoni inkompleta/impreċiża ta’ informazzjoni;
  • - litigazzjoni jew tilwimiet kbar fin-nomina u s-suċċessjoni ta’ individwi li jwettqu funzjonijiet ewlenin fl-istituzzjoni;
  • - nuqqas ta’ konformità maġġuri mar-rekwiżiti tar-rimunerazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/