+39. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jiddeskrivu l- proċess għall - ħlas lura tal- bilanċi …
|
39. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jiddeskrivu l- proċess għall - ħlas lura tal- bilanċi …
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jiddeskrivu l- proċess għall - ħlas lura tal- bilanċi temporanji għoljin mill-SGD ospitanti, li għandu jseħħ fis-sekwenza li ġejja: - a. Id- depożitanti jissottomettu pretensjonijiet lill-SGD domiċiljari jew lil dik ospitanti.
- b. Meta l-pretensjonijiet jiġu indirizzati lill-SGD ospitanti, dik l-SGD għandha tibgħat il-pretensjoni lill-SGD domiċiljari.
- c. Meta l-pretensjonijiet jiġu indirizzati lill-SGD domiċiljari, jew meta l-SGD domiċiljari tirċevihom mingħand l-SGD ospitanti, l-SGD domiċiljari għandha tivverifika l-pretensjonijiet. L-SGD ospitanti għandha tagħti l- għajnuna tagħha meta tkun meħtieġa, pereżempju, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lingwa jew mal-kwistjonijiet legali li jirriżultaw mil- liġi applikabbli fil- ġurisdizzjoni tal-SGD ospitanti.
- d. Wara li tivverifika l-pretensjonijiet, l-SGD domiċiljari għandha tibgħat it- tagħrif meħtieġ dwar id- depożiti, id- depożitanti u l-fondi lill-SGD ospitanti, bħala pakkett flimkien ma’ pretensjonijiet oħrajn jekk dan isir fi żmien raġonevoli, jew inkella individwalment.
- e. L-SGD ospitanti għandha tħallas lura lid- depożitanti.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|