+5.1 Il- modalitajiet għall - ħlas lura lid - depożitanti fil - fergħat
---+40. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali supplimentari għandhom jispeċifikaw …
---+41. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-munita tal- ħlas lura għandha tkun …
---+42. Meta l- liġi tal-SGD domiċiljari tippermetti li ssir għażla bejn diversi muniti u meta dik l- …
---+43. Fejn ikun hemm ħtieġa għal kambju tal-munita, ir-rata li trid tiġi applikata għandha tkun …
---+44. Il-finanzjament meħtieġ imsemmi fil-paragrafi 32-34 għandu jiġi pprovdut fil-munita tal- ħlas …
---+45. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-SGD ospitanti tieħu ħsieb …
---+46. Barra minn hekk, meta l-SGD domiċiljari jkollha l- kapaċità li timmaniġġja b’mod effettiv …
---+47. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-lingwa li għandha tintuża mill-SGD …
---+48. L-SGD domiċiljari u ospitanti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet maħtura, għandhom jużaw l- …
---+49. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni stabbiliti għall -komunikazzjoni mad- depożitanti, kif ukoll bejn …
---+50. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw it-tipi ta’ spejjeż li l-SGD domiċiljari …
---+51. L- ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-SGD ospitanti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin: o. …
---+52. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni jistgħu jistabbilixxu li: r. l-SGD domiċilja ri għandha …
---+53. Meta l-SGD ospitanti jiġi rrimborżat wara l- iżborż, id-dettalji tar- rimborż, bħaż - żmien …
---+54. Sabiex tkompli tissaħħaħ il- fiduċja fil- ħila tal-SGD li jwettqu l-funzjoni tagħhom f’każ ta’ …
---+55. Tali verifika, soġġetta għall - qbil tal-SGD jew, fejn rilevanti, tal-awtoritajiet maħtura …
---+19. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l- SGD jew, fejn xieraq, bejn l - awtoritajiet maħtura …
---+20. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw il-kontenut u l- proċess sabiex tintbagħat …
---+21. L-SGD domiċiljari għandha tinnotifika lill-SGD ospitanti u lill-awtorità maħtura tal-Istat …
---+22. In-notifika għandha tintbagħat mill-SGD domiċiljari lill-SGD ospitanti minnufih wara li jiġi …
---+23. Filwaqt li l-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2014/49/UE jitlob li l-SGD jiggarantixxu …
---+24. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jipprovdu data tal- għeluq sa meta l-SGD domiċiljari …
---+25. L-SGD domiċiljari għandha tikseb l-SCV b’konformità mad-dati tal- għeluq domestiċi sabiex …
---+26. F’każ li l-SGD domiċiljari ma jkollhiex it- tagħrif kollu meħtieġ, skont il-metodu tal- iżborż …
---+27. L-SGD għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar kwalunkwe aġġornamenti fid-data.
---+28. L-SGD ospitanti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li l-ammont ripagabbli jkun disponibbli …
---+29. Wara l- iżborż inizjali, l-SGD ospitanti għandha tgħarraf lill-SGD domiċiljari b’mod …
---+30. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jistabbilixxu li, wara li tirċievi notifika tan- nuqqas …
---+31. Il-kontijiet u l-metodu tat-trasferiment magħżul għandhom jiggarantixxu l-akbar sigurtà …
---+32. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data tal- għeluq sabiex jiġi pprovdut …
---+33. L-SGD domiċiljari għandha tipprovdi lill-SGD ospitanti bil-fondi meħtieġa sa mhux aktar tard …
---+34. Kwalunkwe fondi avvanzati b’mod eċċessiv lill-SGD ospitanti għandhom jintraddu lura lill-SGD …
---+35. Meta d-data tal- għeluq tal - SGD domiċiljari sabiex l -ammont tal- iżborż isir ripagabbli tkun …
---+36. L-SGD ospitanti għandha, fi żmien jum tax - xogħol wieħed, tinnotifika lill-SGD domiċiljari …
---+37. Meta depożitant jitlob għal żborż ta’ ammont tal - ispiża tal - għoli tal - ħajja, direttament …
---+38. Meta l- iżborż sħiħ ikun imminenti, jew meta żborż parzjali jwassal għal dewmien sinifikanti …
---+39. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jiddeskrivu l- proċess għall - ħlas lura tal- bilanċi …
---+56. Kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw minn dewmien sabiex l-SGD domiċiljari tipprovdi lill-SGD …
---+57. Meta d-dewmien ikun attribwibbli għall -azzjonijiet tal-SGD ospitanti, l-SGD ospitanti għandha …
---+58. B’konformità mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-SGD ospitanti ma għandha terfa’ …
---+59. L-SGD domiċiljari u l-SGD ospitanti jistgħu jaqblu b’mod bilaterali li, fuq bażi ta’ każ b’każ …
|
5.1 Il- modalitajiet għall - ħlas lura lid - depożitanti fil - fergħat
5.1 Il- modalitajiet għall - ħlas lura lid - depożitanti fil - fergħat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
19. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l- SGD jew, fejn xieraq, bejn l - awtoritajiet maħtura …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l- SGD jew, fejn xieraq, bejn l - awtoritajiet maħtura, għandhom jispeċifikaw il - modalitajiet li ġejjin għall - ħlas lura lid - depożitanti fil - fergħat tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu membri awtorizzati fi Stati Membri oħrajn mill -SGD ospitanti f’isem l- SGD domiċiljari, skont l -Artikolu 14(2) tad- Direttiva 2014/49/UE: - a. Notifika tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti
|
|
20. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw il-kontenut u l- proċess sabiex tintbagħat …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw il-kontenut u l- proċess sabiex tintbagħat in-notifika tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti. Il-ftehimiet għandhom jinkludu d-dettalji ta’ kuntatt rilevanti, inklużi l-indirizzi tal-posta elettronika u n-numri tat-telefon.
|
|
21. L-SGD domiċiljari għandha tinnotifika lill-SGD ospitanti u lill-awtorità maħtura tal-Istat …
|
L-SGD domiċiljari għandha tinnotifika lill-SGD ospitanti u lill-awtorità maħtura tal-Istat Membru ospitanti fejn l-SGD mhijiex l-awtorità maħtura, li tfaċċat sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti, kif definit fl-Artikolu 2(1)(8) tad-Direttiva 2014/49/UE. In-notifika għandha tinkludi wkoll tagħrif ġenerali dwar l-istituzzjoni fejn kien hemm nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ depożiti, inkluża stima tal-kobor tal- iżborż mistenni, l-ammont ta’ depożiti koperti u l- għadd ta’ depożitanti eliġibbli fil- fergħa, il-munita tar-ripagament u kwalunkwe tagħrif ġenerali ieħor li l-SGD domiċiljari tqis bħala utli għall -SGD ospitanti fit- tħejjija għall - iżborż.
|
|
22. In-notifika għandha tintbagħat mill-SGD domiċiljari lill-SGD ospitanti minnufih wara li jiġi …
|
In-notifika għandha tintbagħat mill-SGD domiċiljari lill-SGD ospitanti minnufih wara li jiġi stabbilit in- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti. L-SGD ospitanti għandha tirċievi n-notifika qabel tirċievi t- tagħrif u l-fondi kollha meħtieġa, sabiex tkun tista’ tibda tħejji għal żborż hekk kif taslilha n-notifika. - b. Skambju tat- tagħrif, inklużi struzzjonijiet għall - ħlas
|
|
23. Filwaqt li l-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2014/49/UE jitlob li l-SGD jiggarantixxu …
|
Filwaqt li l-Artikolu 4(9) tad-Direttiva 2014/49/UE jitlob li l-SGD jiggarantixxu l-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data li tappartjeni għall -kontijiet tad- depożitanti u l- ipproċessar ta’ tali data b’konformità mad-Direttiva 95/46/EC4 , huwa ma għandux iwaqqaf lill-ftehimiet ta’ kooperazzjoni milli jistabbilixxu standards aktar stretti, diment li dan ikun maqbul fil-ftehim ta’ kooperazzjoni.
4 Id- Direttiva 95/46/KE tal -Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 24 ta’ Ottubru 1995 dwar il -protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal- ipproċessar ta’ data personali u dwar il -moviment liberu ta’ dik id- data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).
|
|
24. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jipprovdu data tal- għeluq sa meta l-SGD domiċiljari …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jipprovdu data tal- għeluq sa meta l-SGD domiċiljari għandha tibgħat it- tagħrif neċessarju kollu għat - tħejjija ta’ ħlas lura mid- depożitanti lill-SGD ospitanti. Id-data tal- għeluq għandha tkun mhux aktar tard minn jumejn tax - xogħol tal-Istat Membru tal-SGD domiċiljari qabel id-data tal- għeluq sabiex l-ammont ripagabbli jsir disponibbli għad - depożitanti domestiċi, inkluż meta d-data tal- għeluq għar -ripagament tal-SGD domiċiljari tkun itwal minn sebat ijiem tax - xogħol, wara li jiġi stabbilit in- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti fl-istituzzjoni. L-SGD domiċiljari għandha tagħmel kull sforz raġonevoli sabiex tikkonforma ma’ din id-data tal- għeluq. Madankollu, l-SGD domiċiljari tista’ tiddiferixxi t-trasferiment tat- tagħrif f’każijiet li fihom, minkejja l-isforzi raġonevoli kollha, l-SGD domiċiljari ma tkunx tista’ tikkonforma mad-data tal- għeluq, minħabba l- ħtieġa li tikseb tagħrif addizzjonali dwar id- depożiti u d- depożitanti, jew minħabba l- proċessi interni tagħha li jagħmluha impossibbli li hija tikseb it- tagħrif sad-data tal- għeluq jew li tipproċessa t- tagħrif tad- depożitanti ospitanti sad-data tal- għeluq mingħajr ma ddewwem b’mod sinifikanti l-proċess għal żborż domestiku. F’każijiet bħal dawn, l-SGD domiċiljari għandha tgħarraf lill-SGD ospitanti dwar id-dewmien mill-aktar fis possibbli u taqbel fuq data tal- għeluq stmata ġdida, li għandha tkun mhux aktar tard mid-data tal- għeluq għat -trasferiment tal-fondi skont il-paragrafu 33.
|
|
25. L-SGD domiċiljari għandha tikseb l-SCV b’konformità mad-dati tal- għeluq domestiċi sabiex …
|
L-SGD domiċiljari għandha tikseb l-SCV b’konformità mad-dati tal- għeluq domestiċi sabiex tirċievi dan it- tagħrif mingħand l-istituzzjoni ta’ kreditu. Hija mbagħad għandha tipproċessa l-SCV sabiex tipprovdi lill-SGD ospitanti bl-istruzzjonijiet rilevanti biss għall - ħlas f’format maqbul bejn l-SGD u li jispeċifikaw l-ammonti li jridu jitħallsu fil-munita maq bula fil-ftehimiet ta’ kooperazzjoni. It- tagħrif li għandu jintbagħat mill-SGD domiċiljari lill-SGD ospitanti għandu jinkludi: - • l- ammont li għandu jitħallas lil kull depożitant;
- • it- tagħrif kollu meħtieġ skont il -metodu tal- iżborż (pereżempju, l -indirizzi tad- depożitanti jew in-numri tal- kontijiet bankarji għal trasferimenti elettroniċi).
|
|
26. F’każ li l-SGD domiċiljari ma jkollhiex it- tagħrif kollu meħtieġ, skont il-metodu tal- iżborż …
|
F’każ li l-SGD domiċiljari ma jkollhiex it- tagħrif kollu meħtieġ, skont il-metodu tal- iżborż tal-SGD ospitanti, l-SGD domiċiljari għandha titlob lill-SGD ospitanti sabiex ti ġ bor it- tagħrif addizzjonali meħtieġ. Sabiex l-SGD ospitanti tkun tista’ tiġbor it- tagħrif addizzjonali meħtieġ għall - iżborż, l-SGD domiċiljari għandha tgħin lill-SGD ospitanti billi tibgħat kwalunkwe tagħrif meħtieġ (pereżempju, id-dettalji ta’ kuntatt tad- depożitanti jew in-numri ta’ identifikazzjoni nazzjonali).
|
|
27. L-SGD għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar kwalunkwe aġġornamenti fid-data.
|
L-SGD għandhom jgħarrfu lil xulxin minnufih dwar kwalunkwe aġġornamenti fid-data.
|
|
28. L-SGD ospitanti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li l-ammont ripagabbli jkun disponibbli …
|
L-SGD ospitanti għandha tagħmel ħilitha sabiex tiżgura li l-ammont ripagabbli jkun disponibbli għad - depożitanti mill-aktar fis possibbli, fi żmien tlett ijiem tax - xogħol tal-Istat Membru tal-SGD ospitanti wara li tirċievi t- tagħrif, l-istruzzjonijiet u l-fondi kollha meħtieġa mill-SGD domiċiljari, mingħajr ma hemm bżonn li ssir talba lill-SGD domiċiljari jew ospitanti.
|
|
29. Wara l- iżborż inizjali, l-SGD ospitanti għandha tgħarraf lill-SGD domiċiljari b’mod …
|
Wara l- iżborż inizjali, l-SGD ospitanti għandha tgħarraf lill-SGD domiċiljari b’mod iddokumentat dwar ir- riżultati tal- iżborż, inklużi d-distribuzzjoni u l- ħlasijiet lid- depożitanti, rapport dwar kwalunkwe kwistjonijiet iffaċċjati fil- ħlasijiet u valutazzjoni tal- oqsma tal-proċess u tal-ftehim ta’ kooperazzjoni sabiex jitjiebu fil- ġejjieni. L-SGD ospitanti għandha tgħarraf lill-SGD domiċiljar i regolarment dwar il-progress b’rabta mar-ripagamenti ulterjuri magħmula wara l-iskadenza tad-data tal- għeluq stabbilita fil-paragrafu 28. - c. Il- modalitajiet għall -avvanz tal-fondi
|
|
30. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jistabbilixxu li, wara li tirċievi notifika tan- nuqqas …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jistabbilixxu li, wara li tirċievi notifika tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti mill-SGD domiċiljari, l-SGD ospitanti għandha tipprovdi minnufih lill-SGD domiċiljari bit- tagħrif kollu meħtieġ dwar il-kontijiet li jridu jintużaw għat -trasferiment ta’ fondi mill-SGD domiċiljari lill-SGD ospitanti.
|
|
31. Il-kontijiet u l-metodu tat-trasferiment magħżul għandhom jiggarantixxu l-akbar sigurtà …
|
Il-kontijiet u l-metodu tat-trasferiment magħżul għandhom jiggarantixxu l-akbar sigurtà tal-fondi u l-puntwalità tat-trasferiment. - d. L- iskeda ta’ żmien għall -avvanz tal-fondi
|
|
32. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data tal- għeluq sabiex jiġi pprovdut …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw id-data tal- għeluq sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament meħtieġ.
|
|
33. L-SGD domiċiljari għandha tipprovdi lill-SGD ospitanti bil-fondi meħtieġa sa mhux aktar tard …
|
L-SGD domiċiljari għandha tipprovdi lill-SGD ospitanti bil-fondi meħtieġa sa mhux aktar tard mill-jum li fih l-ammont ripagabbli għandu jkun disponibbli għad - depożitanti domestiċi wara li jiġi stabbilit in- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti fl-istituzzjoni, inkluż meta d-data tal-għeluq tal-SGD domiċiljari sabiex l-ammont ripagabbli jsir disponibbli tkun itwal minn sebat ijiem tax - xogħol , kif permess skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2014/49/UE.
|
|
34. Kwalunkwe fondi avvanzati b’mod eċċessiv lill-SGD ospitanti għandhom jintraddu lura lill-SGD …
|
Kwalunkwe fondi avvanzati b’mod eċċessiv lill-SGD ospitanti għandhom jintraddu lura lill-SGD domiċiljari sa mhux aktar tard minn tlett ijiem tax - xogħol tal-Istat Membru tal-SGD ospitanti wara l-iffinalizzar tal- iżborż. Figura 1. L-iskeda taż-żmien għall-iżborż fil-fergħat Determinazzjoni L-SGD D D a | disponibbiltà lill-SGD tibgħat depożiti. tan- domiċiljari nuqqas ospitanti notifika L -SGD trid ta’ tad- L-SGD tagħrif trid kont domiċiljari tibgħat ospitanti lill-SGD dwar it- il - domiċiljari istruzzjonijiet tagħrif tibgħat ospitanti lill-SGD u it- trid l - tibgħat domiċiljari ospitanti lill-SGD L-SGD il- fondi trid i ċ il j i | t a t a l - g ħ e l uq g ħ a ll L-SGD ripagabbli trid disponibbli ammont tiżgura ospitanti jkun li l - - i ż b o r ż d | | Jum 0 Jumejn tax - L-istess jum Minnufih xogħol qabel bħad -data tal-wara li tasal id-data tal- għeluq in-notifika għeluq sabiex domestika jiġu pprovduti sabiex l - l-fondi ammont ripagabbli jsir disponibbli | o m L-ammont e s t i ripagabbli k u disponibbli fi t a l żmien tlett ijiem - S tax - xogħol wara G D li jaslu t- tagħrif, l-istruzzjonijiet għall - ħlas u l - fondi |
Ħlasijiet parzjali fil - perjodu tranżitorju sal - 31 ta’ Diċembru 2023
|
|
35. Meta d-data tal- għeluq tal - SGD domiċiljari sabiex l -ammont tal- iżborż isir ripagabbli tkun …
|
Meta d-data tal- għeluq tal - SGD domiċiljari sabiex l -ammont tal- iżborż isir ripagabbli tkun itwal minn sebat ijiem tax - xogħol, l - SGD ospitanti għandha tgħarraf lid - depożitanti, direttament jew inkella permezz ta’ reklamar fuq il - mezzi tax - xandir, dwar il - possibbiltà ta’ żborż tal - ispejjeż tal- għoli tal - ħajja fuq talba.
|
|
36. L-SGD ospitanti għandha, fi żmien jum tax - xogħol wieħed, tinnotifika lill-SGD domiċiljari …
|
L-SGD ospitanti għandha, fi żmien jum tax - xogħol wieħed, tinnotifika lill-SGD domiċiljari dwar talba mid- depożitant għal żborż tal- ispejjeż tal- għoli tal- ħajja. Din in-notifika għandha tinkludi t- tagħrif kollu rilevanti, inklużi: - a. l-identifikazzjoni ċara u sħiħa tad- depożitant, inklużi d-dettalji tal-kont rilevanti;
- b. id-data tal-wasla tat-talba mill-SGD ospitanti;
- c. l-ammont mitlub (jekk ikun applikabbli).
|
|
37. Meta depożitant jitlob għal żborż ta’ ammont tal - ispiża tal - għoli tal - ħajja, direttament …
|
Meta depożitant jitlob għal żborż ta’ ammont tal - ispiża tal - għoli tal - ħajja, direttament lill -SGD domiċiljari jew inkella lill -SGD ospitanti, l- SGD domiċiljari għandha tagħmel ħilitha sabiex tipprovdi lill-SGD ospitanti bit- tagħri f u l- fondi kollha meħtieġa fi żmien ħamest ijiem tax - xogħol tal -Istat Membru tal- SGD domiċiljari wara li tirċievi t - talba jew wara li tiġi nnotifikata mill- SGD ospitanti, sabiex l - SGD ospitanti tkun tista’ tiżgura li d - depożitanti għandhom aċċess għal ammont xieraq tad - depożiti koperti tagħhom biex ikopru l - ispejjeż tal - għoli tal - ħajja waqt li jkunu qed jistennew għall - iżborż sħiħ.
|
|
38. Meta l- iżborż sħiħ ikun imminenti, jew meta żborż parzjali jwassal għal dewmien sinifikanti …
|
Meta l- iżborż sħiħ ikun imminenti, jew meta żborż parzjali jwassal għal dewmien sinifikanti fil - proċess tal - iżborż sħiħ, l - SGD jistgħu jaqblu li jirrinunzjaw l - iżborż parzjali fl - interess li jiġi żgurat żborż sħiħ fil -pront. - e. It- trattament ta’ bilanċi temporanji għoljin
|
|
39. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jiddeskrivu l- proċess għall - ħlas lura tal- bilanċi …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jiddeskrivu l- proċess għall - ħlas lura tal- bilanċi temporanji għoljin mill-SGD ospitanti, li għandu jseħħ fis-sekwenza li ġejja: - a. Id- depożitanti jissottomettu pretensjonijiet lill-SGD domiċiljari jew lil dik ospitanti.
- b. Meta l-pretensjonijiet jiġu indirizzati lill-SGD ospitanti, dik l-SGD għandha tibgħat il-pretensjoni lill-SGD domiċiljari.
- c. Meta l-pretensjonijiet jiġu indirizzati lill-SGD domiċiljari, jew meta l-SGD domiċiljari tirċevihom mingħand l-SGD ospitanti, l-SGD domiċiljari għandha tivverifika l-pretensjonijiet. L-SGD ospitanti għandha tagħti l- għajnuna tagħha meta tkun meħtieġa, pereżempju, f’dak li għandu x’jaqsam mal-lingwa jew mal-kwistjonijiet legali li jirriżultaw mil- liġi applikabbli fil- ġurisdizzjoni tal-SGD ospitanti.
- d. Wara li tivverifika l-pretensjonijiet, l-SGD domiċiljari għandha tibgħat it- tagħrif meħtieġ dwar id- depożiti, id- depożitanti u l-fondi lill-SGD ospitanti, bħala pakkett flimkien ma’ pretensjonijiet oħrajn jekk dan isir fi żmien raġonevoli, jew inkella individwalment.
- e. L-SGD ospitanti għandha tħallas lura lid- depożitanti.
|
|
40. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali supplimentari għandhom jispeċifikaw …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali supplimentari għandhom jispeċifikaw ukoll l-aspetti li ġejjin: - f. id-data tal- għeluq tal-SGD domiċiljari, jekk applikabbli, għall - aċċettazzjoni tat-talbiet ta’ ħlas lura mid- depożitanti, li għandha tiġi kkomunikata mill-SGD ospitanti lid-depożitanti rilevanti;
- g. it- tagħrif dwar id-data tal- għeluq għall - ħlas lura tal- bilanċi għoljin temporanji tal-SGD domiċiljari u l-livell ta’ kopertura.
- f. Il- muniti użati
|
|
41. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-munita tal- ħlas lura għandha tkun …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-munita tal- ħlas lura għandha tkun il-munita stabbilita skont il- liġi tal-SGD domiċiljari u għandha tiġi kkomunikata mill-SGD domiċiljari lill-SGD ospitanti.
|
|
42. Meta l- liġi tal-SGD domiċiljari tippermetti li ssir għażla bejn diversi muniti u meta dik l- …
|
Meta l- liġi tal-SGD domiċiljari tippermetti li ssir għażla bejn diversi muniti u meta dik l- għażla tkun tinkludi l-g ħażla li tintuża l-munita tal-Istat Membru tal-SGD ospitanti, primarjament għandha tintuża dik l- għażla. Fejn ikun prattiku u legalment permess, wara qbil bejn l-SGD, l-ammont ripagabbli jista’ jkun disponibbli f’bosta muniti. Eżempju 1. Jekk l-SGD Pollakka tiggarantixxi l- ħlasijiet lura fi zloty Pollakk (PLN), irrispettivament mill-munita tal-kont, wara falliment ta’ fergħa ta’ bank Pollakk fir-Renju Unit, id- depożitant fir-Renju Unit jieħu l-flus lura f’PLN. Jekk l-SGD Pollakka tiggarantixxi l-ħlasijiet lura f’PLN, lira Ingliża (GBP) jew frank Svizzeru (CHF), wara falliment ta’ fergħa ta’ bank Pollakk fir-Renju Unit, il- maġġoranza tad- depożitanti fir-Renju Unit jieħdu l-flus lura f’GBP. Madankollu, meta l-SGD ospitanti jkollha l- kapaċità li tagħmel ħlasiji et f’diversi muniti u meta l-kuntratti mad- depożitanti jew it- tagħrif ipprovdut lilhom b’konformità mad-Direttiva 2014/49/UE jkunu ppermettew li l- ħlasijiet isiru f’CHF, id- depożitanti li kellhom kontijiet fi frank Svizzeru jistgħu jitħallsu lura fi frank.
|
|
43. Fejn ikun hemm ħtieġa għal kambju tal-munita, ir-rata li trid tiġi applikata għandha tkun …
|
Fejn ikun hemm ħtieġa għal kambju tal-munita, ir-rata li trid tiġi applikata għandha tkun ir-rata spot ippubblikata mill-bank ċentrali tal-Istat Membru tal-SGD domiċiljari dakinhar li jiġi stabbilit in- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti f’istituzzjoni partikolari.
|
|
44. Il-finanzjament meħtieġ imsemmi fil-paragrafi 32-34 għandu jiġi pprovdut fil-munita tal- ħlas …
|
Il-finanzjament meħtieġ imsemmi fil-paragrafi 32-34 għandu jiġi pprovdut fil-munita tal- ħlas lura stabbilita skont il- liġi tal-SGD domiċiljari skont il-paragrafi 41 u 42. L-SGD domiċiljari għandha timmaniġġja l-kambju tal-munita meħtieġ u tħa llas l- ispejjeż meħtieġa b’rabta mal-kambju tal-munita. - g. L- immaniġġjar tal -korrispondenza u l- lingwa użata
|
|
45. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-SGD ospitanti tieħu ħsieb …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-SGD ospitanti tieħu ħsieb il-komunikazzjoni mad- depożitanti f’isem l-SGD domiċiljari, inklu ż billi tgħarraf lid- depożitanti dwar id-determinazzjoni tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti u l- iżborż mill-SGD ospitanti f’isem l-SGD domiċiljari.
|
|
46. Barra minn hekk, meta l-SGD domiċiljari jkollha l- kapaċità li timmaniġġja b’mod effettiv …
|
Barra minn hekk, meta l-SGD domiċiljari jkollha l- kapaċità li timmaniġġja b’mod effettiv il-komunikazzjoni mad- depożitanti fl-Istat Membru fejn tinsab il- fergħa, inkluża l- kapaċità li tikkomunika bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-SGD ospitanti, il-ftehim jista’ jistabbilixxi li d- depożitanti jiġu offruti għażla addizzjonali espliċita li jikkomunikaw direttament mal-SGD domiċiljari. Fil -prattika, dan ifisser, pereżempju, li l-ittra li tgħarraf lid-depożitanti dwar il-falliment tal-istituzzjoni ta’ kreditu membru tista’ tinkludi żewġ numri tat-telefon - wieħed għall -SGD ospitanti u ieħor għall -SGD domiċiljari.
|
|
47. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-lingwa li għandha tintuża mill-SGD …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw li l-lingwa li għandha tintuża mill-SGD fil-komunikazzjoni mad- depożitanti fil-kuntest ta’ ripagament hija l-lingwa jew il-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-SGD ospitanti. Madankollu, kemm l-SGD domi ċ iljari kif ukoll dawk ospitanti ma għandhomx ikunu preklużi milli jwieġbu l-korrispondenza indirizzata lilhom mid-depożitanti bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-SGD domiċiljari jew b’lingwa oħra, meta jkollhom il- kapaċità li jagħmlu dan, jew milli jikkomunikaw b’dawk il-lingwi mad-depożitanti li jkunu aċċettaw li jirċievu tagħrif b’lingwa partikolari.
|
|
48. L-SGD domiċiljari u ospitanti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet maħtura, għandhom jużaw l- …
|
L-SGD domiċiljari u ospitanti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet maħtura, għandhom jużaw l- Ingliż sabiex jikkomunikaw ma’ xulxin, sakemm ma jaqblux b’mod bilaterali li jużaw lingwa oħra fil-komunikazzjoni tagħhom.
|
|
49. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni stabbiliti għall -komunikazzjoni mad- depożitanti, kif ukoll bejn …
|
Il-mezzi ta’ komunikazzjoni stabbiliti għall -komunikazzjoni mad- depożitanti, kif ukoll bejn l-SGD domiċiljari u ospitanti, għandhom jiggarantixxu livelli suffiċjenti ta’ kunfidenzjalità u sigurtà. - h. Ir- rimborż tal - ispejjeż tar -ripagament
|
|
50. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw it-tipi ta’ spejjeż li l-SGD domiċiljari …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni għandhom jispeċifikaw it-tipi ta’ spejjeż li l-SGD domiċiljari ser tirrimborża lill-SGD ospitanti, inklużi, iżda mhux limitati għal, l- ispejjeż imġarrba fl- eżekuzzjoni tal-kompiti li ġejjin attribwibbli għall - iżborż: - h. il-komunikazzjoni mad- depożitanti, inkluż it- twaqqif tal-infrastruttura meħtieġa, l-ingaġġar tal-persunal u l-pubblikazzjonijiet tal-midja;
- i. il-komunikazzjoni mal-SGD domiċiljari, inkluż l- għoti ta’ tagħrif ta’ rispons dwar il-pretensjonijiet imħallsa;
- j. il- ġbir ta’ tagħrif addizzjonali meħtieġ għall - iżborż, inkluż it- twaqqif tal-infrastruttura meħtieġa u l- ingaġġar tal-persunal;
- k. it-traduzzjoni tad-dokumenti;
- l. l-akkwist tat- tagħrif;
- m. l- ispejjeż tat- tranżazzjonijiet tal- ħlasijiet;
- n. l- ispejjeż legali rilevanti.
|
|
51. L- ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-SGD ospitanti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin: o. …
|
L- ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-SGD ospitanti għandhom jissodisfaw il-kriterji li ġejjin: - o. ikunu meħtieġa għat - twettiq tal- iżborż;
- p. ikunu attwali, raġonevoli, ġustifikati u konformi mal- prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba;
- q. ikunu jistgħu jiġu identifikati, b’mod partikolari, jiġu rreġistrati fir- reġistri tal-kontabbiltà tal-SGD ospitanti u appoġġjati minn evidenza ta’ sostenn effettiva.
|
|
52. Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni jistgħu jistabbilixxu li: r. l-SGD domiċilja ri għandha …
|
Il-ftehimiet ta’ kooperazzjoni jistgħu jistabbilixxu li: - r. l-SGD domiċilja ri għandha tipprovdi ammont ta’ somma f'daqqa, abbażi tal-estimi, qabel ma l-SGD ospitanti ġġarrab spejjeż segwiti minn rikonċiljazzjoni tal-kontijiet; jew
- s. l-SGD ospitanti għandha tiġi rrimborżata għall - ispejjeż maqbula fil-ftehim ta’ kooperazzjoni wara l- iżborż.
|
|
53. Meta l-SGD ospitanti jiġi rrimborżat wara l- iżborż, id-dettalji tar- rimborż, bħaż - żmien …
|
Meta l-SGD ospitanti jiġi rrimborżat wara l- iżborż, id-dettalji tar- rimborż, bħaż - żmien għar - rimborż tal- ispejjeż jew ir-rata tal- imgħax applikabbli, għandhom jiġu maqbula sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara l- iżborż inizjali tad- depożiti koperti. - i. Id- dritt għal verifika
|
|
54. Sabiex tkompli tissaħħaħ il- fiduċja fil- ħila tal-SGD li jwettqu l-funzjoni tagħhom f’każ ta’ …
|
Sabiex tkompli tissaħħaħ il- fiduċja fil- ħila tal-SGD li jwettqu l-funzjoni tagħhom f’każ ta’ żborż f’fergħa, il-partijiet prospettivi għall -ftehim jistgħu jaqblu fuq dritt reċiproku ta’ verifika tal-attivitajiet tal-SGD imsieħba tagħhom b’rabta mal- iżborż qabel jidħlu fil-ftehim ta’ kooperazzjoni u, fi kwalunkwe punt, wara li jintlaħaq il-ftehim.
|
|
55. Tali verifika, soġġetta għall - qbil tal-SGD jew, fejn rilevanti, tal-awtoritajiet maħtura …
|
Tali verifika, soġġetta għall - qbil tal-SGD jew, fejn rilevanti, tal-awtoritajiet maħtura, tista’ tieħu l-forma ta’, pereżempju, sorveljanza, reviżjoni wara l- iżborż, verifika tal- ispejjeż u ssekondar tal-persunal matul l- iżborż u tista’ titwettaq fuq il-post jew inkella mill- bogħod. Il-partijiet għall -ftehim jistgħu jaqblu li jippermettu lill-SGD domiċiljari twettaq verifika tal-attivitajiet tal-SGD ospitanti b’rabta mal- iżborż imħallas mill-SGD domiċiljari. - j. It-trattament tad-dewmien
|
|
56. Kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw minn dewmien sabiex l-SGD domiċiljari tipprovdi lill-SGD …
|
Kwalunkwe spejjeż li jirriżultaw minn dewmien sabiex l-SGD domiċiljari tipprovdi lill-SGD ospitanti bl-istruzzjonijiet għall - ħlas u bit- tagħrif u l-fondi meħtieġa għandhom jitħallsu mill-SGD domiċiljari, inkluż meta d-dewmien jimponi spejjeż operattivi fuq l-SGD ospitanti.
|
|
57. Meta d-dewmien ikun attribwibbli għall -azzjonijiet tal-SGD ospitanti, l-SGD ospitanti għandha …
|
Meta d-dewmien ikun attribwibbli għall -azzjonijiet tal-SGD ospitanti, l-SGD ospitanti għandha tħallas l- ispejjeż li jirriżultaw minn dan id-dewmien.
|
|
58. B’konformità mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-SGD ospitanti ma għandha terfa’ …
|
B’konformità mal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2014/49/UE, l-SGD ospitanti ma għandha terfa’ ebda responsabbiltà għal kwalunkwe atti mwettqa b’konformità mal-istruzzjonijiet mogħtija mill-SGD domiċiljari. - l. Reviżjoni tal -arran ġamenti għall -operazzjonalizzazzjoni tal- ħlasijiet
|
|
59. L-SGD domiċiljari u l-SGD ospitanti jistgħu jaqblu b’mod bilaterali li, fuq bażi ta’ każ b’każ …
|
L-SGD domiċiljari u l-SGD ospitanti jistgħu jaqblu b’mod bilaterali li, fuq bażi ta’ każ b’każ u mhux qabel tliet xhur min-notifika tan- nuqqas ta’ disponibbiltà tad- depożiti, huma jirrevedu l-funzjonament u l-kamp ta’ applikazzjoni tal- arranġamenti prattiċi u l-infrastruttura meħtieġa għal operazzjonalizzazzjoni kontinwa u proporzjonata tal- ħlasijiet mill-SGD ospitanti b’konformità ma’ din it- taqsima 5.1, billi jsirulha l- aġġustamenti meħtieġa.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|