+Definizzjonijiet
---+17. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, id-definizzjonijiet mogħtija fl-atti leġiżlattivi …
|
Definizzjonijiet
Definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
17. Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, id-definizzjonijiet mogħtija fl-atti leġiżlattivi …
|
Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, id-definizzjonijiet mogħtija fl-atti leġiżlattivi msemmija f’dan il-paragrafu, għandhom l-istess tifsira f’dawn il-Linji Gwida. Barra minn hekk, għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: | Konsumatur | Persuna min-negozju | fiżika, li taġixxi għall-finijiet li jaqgħu barra mill-kummerċ, jew mill-professjoni tagħha. | | Istituzzjonijiet | a) b) c) d) e) | “Istituzzjonijiet ta' kreditu” kif definiti fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 575/20137 ; “Kredituri” kif definiti fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2014/17/UE; “Intermedjarji tal-kreditu” kif definiti fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2014/17/UE; “Istituzzjonijiet ta’ pagament” kif definiti fl-Artikolu 4(4) tad-Direttiva (UE) 2015/2366; “Istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi” kif definiti fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/110/KE. | | Prodotti u/jew servizzi bankarji | a) b) c) d) e) f) g) h) | “Intermedjarji tal-kreditu” kif definiti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2014/17/UE; “depożiti”8 kif definiti fl-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2014/49/UE9 ; “kontijiet ta’ pagament” kif definiti fl-Artikolu 4(12) tad-Direttiva (UE) 2015/2366; “servizzi ta’ pagament” kif definiti fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva (UE) 2015/2366; “strumenti ta’ pagament” kif definiti fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva (UE) 2015/2366; mezzi oħra ta’ pagament, kif imsemmija fl-Anness 1(5) tad-Direttiva 2013/36/UE10 ; “flus elettroniċi” kif definiti fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2009/110/KE; u forom oħra ta’ kreditu, minbarra dawk fil-punt (a) t’hawn fuq, kif imsemmi fl-Anness 1(2) tad-Direttiva 2013/36/UE u f’konformità mal-Artikolu 1(5)(e) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. | | Il-korp maniġerjali | Korp nazzjonali, objettivi jimmonitorjaw maniġment, direttament | jew korpi ta’ istituzzjoni11 , li jinħatru b’konformità mal-liġi li għandhom is-setgħa biex jistabbilixxu l-istrateġija, l- u d-direzzjoni ġenerali tal-istituzzjoni, u li jissorveljaw u il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet mill- u jinkludu l-persuni li effettivament imexxu in-negozju tal-istituzzjoni. | | Persuni rilevanti | Kwalunkwe a) b) | persuna fiżika li: taħdem għal istituzzjoni u toffri jew tipprovdi direttament prodotti bankarji jew servizzi lill-konsumaturi; jew taħdem għal istituzzjoni u timmaniġġja direttament jew indirettament persuna msemmija fil-punt (a). | | Rimunerazzjoni | Il-forom pagamenti mogħtija rilevanti. limitati jew ġenerużi | kollha ta’ remunerazzjoni fissa u varjabbli, inklużi magħmula jew benefiċċji, fi flus jew mhux fi flus, direttament minn jew f'isem l-istituzzjonijiet lill-persuni Benefiċċji mhux fi flus jistgħu jinkludu iżda mhumiex għal, progress tal-karriera, assigurazzjoni tas-saħħa, skonti provvista ta’ karozza jew telefown ċellulari, kontijiet ta' spejjeż jew seminars. |
7 Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1). 8 Id-depożiti jinkludu kull forma ta’ depożiti. Id-Direttiva 2014/65/UE dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (MiFID2) estendiet, skont l-Artikolu 1(4) tagħha, ċerti regoli organizzazzjonali u regoli dwar it-twettiq tan-negozju għas-subsett ta’ depożiti msejħa depożiti strutturati, kif definiti fil-punt (43) tal-Artikolu 4(1) tal-MiFID 2. Ir-regoli dwar ir-remunerazzjoni skont l-MiFID 2, inklużi l-atti delegati futuri li jistabbilixxu speċifikazzjonijiet ulterjuri fir-rigward tal-Artikolu 16(3) u l-Artikolu 24(10) tal-MiFID2, se japplikaw għad-depożiti strutturati u, għalhekk, dawn il-Linji Gwida ma japplikawx fir-rigward tagħhom. 9 Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149). 10 id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338). 11 F'pajjiżi Ewropej jistgħu jiġu osservati strutturi tal-korpi maniġerjali differenti. F'ċerti pajjiżi hija komuni struttura unitarja, li fiha l-funzjonijiet superviżorji u maniġerjali tal-bord jiġu eżerċitati minn korp wieħed biss. F'pajjiżi oħrajn hija komuni struttura duwali, li fiha jiġu stabbiliti żewġ korpi indipendenti, wieħed għall-funzjoni maniġerjali u l-ieħor għas-superviżjoni tal-funzjoni maniġerjali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|