|
+1. Suġġett |
1. Suġġett1.1. Dawn il- linji gwida, li tħejjew f’konformità mal-Artikolu 50(4) tad-Direttiva 2014/59/UE (il-BRRD), jikkonċernaw l - iffissar tar -rati tal- konverżjoni tad -dejn f’ekwità f’rikapitalizzazzjoni interna. Dawn huma rilevanti wkoll għall - konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti fil -punt tan-nonvijabbiltà , peress li l -Artikolu 60(3)(d) jikkonforma mal-Artikolu 50, inklużi l -linji gwida tal- EBA, kundizzjoni għall - konverżjoni tal - istrumenti kapitali rilevanti. 1.2. L-Artikolu 50(1) jipprevedi li l- awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, meta japplikaw l - għodda tar - rikapit alizzazzjoni interna, jistgħu japplikaw rata differenti tal - konverżjoni għal klassijiet differenti ta’ strumenti kapitali u obbligazzjonijiet. Jekk huma jagħmlu dan, dan irid isir f’konformità ma: (i) il- prinċipju li r -rata tal- konverżjoni għandha tippreżenta kumpens xieraq lill - kredituri affettwati għal kwalunkwe telf imġarrab permezz ta’ valwazzjoni negattiva jew konverżjoni (l -Artikolu 50(2)); u (ii) il- prinċipju li r -rati tal- konverżjoni applikabbli għall - obbligazzjonijiet li jitqiesu bħala prijoritarji skont il - liġi tal - insolvenza applikabbli għandhom ikunu ogħla mir -rata tal- konverżjoni applikabbli għal obbligazzjonijiet subordinati (l -Artikolu 50(3)). 1.3. L-Artikolu 50(4) jirrikjedi li dawn il-linji gwida jindikaw, b’mod partikolari, kif il-kredituri affe ttwati jistgħu jiġu kkumpensati b’mod adegwat permezz tar -rata tal- konverżjoni, u r -rati tal- konverżjoni relattivi li jistgħu jkunu adegwati biex jirriflettu l -prijorità tal-obbligazzjonijiet prijoritarji skont il - liġi tal - insolvenza applikabbli. 1.4. L-awtorit ajiet ta’ riżoluzzjoni mhumiex obbligati mill - BRRD li jiffissaw rati tal - konverżjoni differenzjali u meta japplikaw l- għodda tar - rikapitalizzazzjoni interna jew is - setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni tal - istrumenti kapitali, jistgħu jagħżl u li jikkonvertu kull strument jew obbligazzjoni f’ekwità bl - istess rata, diment li dawn jilħqu l - objettivi tar- riżoluzzjoni u jirrispettaw is - sekwenza tal -valwazzjoni negattiva u l- konverżjoni fl-Artikolu 48, il - prinċipji tar - riżoluzzjoni fl -Artikolu 34, id- dritt għal proprjetà skont il - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni u, fil- każ tal - għodda tar - rikapitalizzazzjoni interna, is - salvagwardja “li l - ebda kreditur ma jmur agħar” inkorporata fl -Artikolu 75. Dawn il-linji gwida jipprovdu gwida dwar l-i ffissar tar -rati tal- konverżjoni billi jittieħdu inkunsiderazzjoni dawk il-fatturi. 1.5. Dawn il-linji gwida jipprevedu l- iffissar ta’ rati tal - konverżjoni differenzjali għal klassijiet ta’ strumenti li jvarjaw fil - klassifikazzjoni tagħhom fil - ġerarkija tal -kredituri tal- insolvenza nazzjonali rilevanti minħabba raġunijiet statutorji jew kuntrattwali. Dawn ma jipprevedu l - ebda ffissar ta’ rati tal - konverżjoni differenzjali għal klassijiet ta’ strumenti li jvarjaw, pereżempju, fit -trattament regolatorju jew tal-ko ntabbiltà tagħhom, iżda mhux fil - klassifikazzjoni tagħhom fil - ġerarkija tal -kredituri tal- insolvenza nazzjonali rilevanti. 2. Kamp u livell ta’ applikazzjoni 1.6. Dawn il- linji gwida huma indirizzati lill - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni jekk dawn ikunu qegħdin jikku mpensaw lil kredituri b’rati tal - konverżjoni differenzjali filwaqt li japplikaw l - għodda tar- rikapitalizzazzjoni interna għal istituzzjoni, entità msemmija fl -Artikolu 1(b), (c) jew (d) tal- BRRD, jew għall - pretensjonijiet jew strumenti ta' dejn li jiġu trasferiti f'istituzzjoni tranżitorja jew taħt l - għodda ta’ bejgħ ta’ negozju jew l - għodda tas - separazzjoni tal - assi u bl- użu tal - possibbiltà li jiġu stabbiliti rati tal - konverżjoni differenzjali. Dawn huma rilevanti wkoll għall - awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni meta japplikaw is - setgħa ta’ valwazzjoni negattiva jew ta’ konverżjoni ta’ strumenti kapitali rilevanti fil -punt tan- nonvijabbiltà. Dan huwa bbażat fuq l -Artikolu 60(3)(d), li jirrikjedi li tali strumenti jistgħu jiġu kkonvertiti biss meta r - rata tal-konve rżjoni li tiddetermina l - għadd ta’ strumenti tal -Grad 1 ta’ Ekwità Komuni li jiġu pprovduti fir- rigward ta’ kull strument kapitali rilevanti, tikkonforma mal - prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 50 u dawn il-linji gwida. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|