+8. Dawn il- linji gwida jibnu fuq l - Artikolu 74 tad- Direttiva 2013/36/UE li jiddikjara li …
|
8. Dawn il- linji gwida jibnu fuq l - Artikolu 74 tad- Direttiva 2013/36/UE li jiddikjara li …
Dawn il- linji gwida jibnu fuq l - Artikolu 74 tad- Direttiva 2013/36/UE2 li jiddikjara li l-istituzzjonijiet għandu jkollhom mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inkluż proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi tajba li jkunu konsistenti ma’ ġestjoni tar - riskji soda u effettiva u jippromwovuha, u l - Artikolu 79(b) u (c) ta’ dik id - Direttiva, li jiddikjara li l - awtoritajiet kompetenti jeħtieġ jiżguraw li l - istituzzjonijiet ikollhom metodoloġiji interni li jippermettulhom jivvalutaw ir - riskju tal - kreditu tal - iskoperturi għall - obbilganti individwali u fil - livell tal - portafoll, u sistemi effettivi għall - amministrazzjoni u l - monitoraġġ kontinwi tad - diversi portafolli u skoperturi riskjużi, inkluż għall - identifikazzjoni u l - ġestjoni ta’ krediti problematiċi u biex isiru aġġustamenti u dispożizzjonijiet ta' valur adegwati, rispettivament. Barra minn hekk, l - Artikolu 88(1)(b) tad - Direttiva 2013/36/UE jiddikjara li l- prinċipju li “il - korp ta' ġestjoni jrid jiżgura l - integrità tas - sistemi tal - kontabbiltà u tar- rappurtar finanzjarju, inklużi kontrolli finanzjarji u operazzjonali u konformità mal - liġi u l - istandards rilevanti”. Finalment, kif speċifikat fl - Artikolu 104(1) tad - Direttiva 2013/36/UE, l- awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw setgħat superviżorji inkluż li jeħtieġu li l - istituzzjonijiet jirrinfurzaw l - arranġamenti, il- proċessi, il - mekkaniżmi u l - istrateġiji implimentati biex ikun hemm konformità mal - Artikoli 73 sa 74 (l - Artikolu 104(1)(b)), l - applikazzjoni ta’ politika speċifika ta’ proviżjoname nt jew it - trattament tal - assi fir -rigward tar- rekwiżiti ta' fondi proprji (l - Artikolu 104(1)(d)).
2 Id- Direttiva 2013/36/UE tal- Parlament Ewropew u tal - Kunsill tas -26 ta’ Ġunju 2013 dwar l- aċċess għall - attività tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u s - superviżjoni prudenzjali tal - istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad -ditti tal- investiment, li temenda d- Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id - Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|