+Linja Gwida 1: Assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali u garanzija komparabbli

Linja Gwida 1: Assigurazzjoni ta’ indennizz professjonali u garanzija komparabbli

1.1 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkunsidraw il - PII u garanzija komparabbli reċiprokament esklussivi u jenħtieġ li jitolbu lill - impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni biex iżommu l -PII jew il- garanzija komparabbli.

1.2 L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l -PII jew il- garanzija komparabbli miżmuma mill- impriżi, għall -fini tal- Artikolu 5(2) u (3) tal - PSD2, ikopru l - obbligazzjonijiet tagħhom kif ġej:

  • (a) fil- każ ta’ impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni sabiex jipprovdu PIS, l - obbligazzjonijiet speċifikati fl -Artikoli 73, 89, 90 u 92 tal - PSD2;
  • (b) fil- każ ta’ impriżi li japplikaw għal reġistrazzjoni sabiex jipprovdu AIS, l - obbligazzjonijiet vis - à - vis il - fornituri ta' servizzi ta' pagament li jġestixxu l -kont (ASPSP) jew l- utent ta’ servizzi ta' pagament li jirriżultaw minn aċċess mhux awtorizzat jew frodulenti għal jew użu mhux awtorizzat jew frodulenti tal - informazzjoni dwar il - kont ta’ pagament;
  • (c) fil- każ ta’ impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni sabiex jipprovdu PIS u AIS, l - obbligazzjonijiet imsemmija kemm fil - punt (a) kif ukoll fil - punt (b) ta’ din il -Linja Gwida.

1.3 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw ukoll li l - ammont monetarju minimu tal -PII jew garanzija komparabbli jkopru l -k ostijiet u l - ispejjeż imġarrba mill - utenti ta’ servizzi ta’ pagament u l - ASPSPs li jitolbu lill - impriżi jirrimborżaw telf li jirriżulta minn obbligazzjoni waħda jew aktar imsemmija fl - Artikolu 5(2) u (3) tal - PSD2.

1.4 L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżgura w li l- ammont monetarju minimu tal -PII jew garanzija komparabbli jippermettu lill - impriżi jissodisfaw l - obbligazzjonijiet tagħhom b’mod effettiv b’rabta mal - attivitajiet tagħhom billi jivverifikaw li l -PII jew il- garanzija komparabbli ma jkollha l - ebda eċċess, li jista’ jitnaqqas jew l - ebda livell limitu li jista’ jippreġudika ħlasijiet lura li jirriżultaw mit - talbiet għal rimborż ta’ utenti ta’ servizzi ta' pagament u ta’ ASPSPs, u li din tkun valida meta sseħħ l - obbligazzjoni. 1.5 L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - ammont monetarju minimu tal -PII jew garanzija komparabbli jkopru t - territorji li fihom l - impriżi joffru s - servizzi, irrispettivament mill- pajjiżi li fihom huma stabbiliti l - utenti tagħhom jew il - post li fih jiġu pprovduti s - servizzi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/