+Linja Gwida 6: Kalkolu tal - kriterju tat - tip ta’ attività

Linja Gwida 6: Kalkolu tal - kriterju tat - tip ta’ attività

6.1 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu l - valur 0 għal dan l - indikatur fil - formula għal dawk l - impriżi li japplikaw għal awtorizzazzjoni sabiex jipprovdu PIS biss.

6.2 L- awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu l - valur 0 għal dan l - indikatur fil - formula għal dawk l - impriżi li japplikaw għal reġistrazzjoni sabiex jipprovdu AIS biss.

6.3 Jekk impriża tapplika għal awtorizzazzjoni sabiex tipprovdi kemm PIS kif ukoll AIS, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkalkulaw l - ammont monetarju minimu separatament għal kull servizz u jżidu l - ammonti li jirriżultaw biex jiksbu l - ammont monetarju minimu li jkopri ż - żewġ servizzi. Barra minn hekk, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw li l - arranġamenti tal - PII jew ta’ garanzija komparabbli jkopru l - provvediment kemm tal -PIS kif ukoll tal - AIS, li jirriflettu l - obbligazzjonijiet differenti msemmija fil - paragrafi (2) u (3), rispettivament, tal - Artikolu 5 tal- PSD2.

6.4 J ekk impriża tipprovdi xi servizz ta’ pagament ieħor kif imsemmi fil - punti 1 sa 6 fl - Anness I għall - PSD2, b’mod parallel mal -PIS jew mal- AIS, jew it - tnejn li huma, l -awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkalkulaw l - ammont monetarju minimu tal - PII jew garanzija komparabbli għall - provvediment ta’ PIS jew AIS, jew it - tnejn li huma, mingħajr preġudizzju għar - rekwiżiti relatati mal - kalkolu ta’ kapital inizjali skont l - Artikolu 7 tal - PSD2 u/jew fondi proprji skont l - Artikolu 9 tal - PSD2.

6.5 Jekk impriża tkun involut a wkoll fin- negozju barra milli tipprovdi servizzi ta’ pagament kif imsemmi fl - Anness I għall - PSD2 (attivitajiet ta’ servizzi mhux tal - pagament), l -awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jżidu fil - formula l - valur ta’ 50 000 flimkien mal - valuri meħtieġa għat - t ip ta’ attività li l - impriża għandha l - għan li tipprovdi.

6.6 Madankollu, jekk impriża li tkun involuta f’attivitajiet oħrajn ta’ servizzi mhux tal - pagament tista’ tagħti prova li l - involviment tagħha ma għandux impatt fuq il - provvediment ta’ PIS/AIS, jew minħabba li għandha garanzija li tkopri l - obbligazzjonijiet tagħha li jirriżultaw mill-attivitajiet l- oħrajn ta’ servizzi mhux tal - pagament jew inkella minħabba li l - awtorità kompetenti tkun talbet l - istabbiliment ta’ entità separata għan - negozju ta’ servizzi ta’ pagament, skont l - Artikolu 11(5) tal- PSD2, l - awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jistabbilixxu l- valur 0 fil - formula.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/