+70. Sabiex tiġi kkalkolata r-rata ta’ inadempjenza ta’ sena definita fil-punt (78) tal-Artikolu …
|
70. Sabiex tiġi kkalkolata r-rata ta’ inadempjenza ta’ sena definita fil-punt (78) tal-Artikolu …
Sabiex tiġi kkalkolata r-rata ta’ inadempjenza ta’ sena definita fil-punt (78) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw il-kompletezza tad-data kwantitattiva u kwalitattiva u informazzjoni oħra relatata mad-denominatur u man-numeratur, kif deskritt fil-paragrafi 73 u 74 u użati għall-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza medja osservata. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jiżguraw li mill-inqas id-data li ġejja għall-perjodu ta’ osservazzjoni rilevanti msemmi fil-paragrafi 82 sa 83 tinħażen kif xieraq u tkun disponibbli: - (a) il-kriterji għall-identifikazzjoni tat-tip ta’ skoperturi rilevanti koperti mill-mudell tal-PD ikkunsidrat;
- (b) il-kriterji għall-identifikazzjoni tas-segmenti tal-kalibrazzjoni;
- (c) il-motivaturi tar-riskju li jintużaw għad-differenzazzjoni tar-riskju; fejn motivatur tar-riskju rilevanti ġdid ikun ġie inkluż fil-mudell li għalih ma jkun hemm ebda data storika disponibbli, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jagħmlu sforz sabiex inaqqsu kemm jistgħu d-data nieqsa dwar il-motivaturi tar-riskju matul iż-żmien, kif deskritt fil-paragrafu 51(a), u japplikaw aġġustament xieraq u MoC skont it-taqsima 4.4;
- (d) in-numri kollha ta’ identifikazzjoni tad-debituri u tal-iskoperturi rilevanti għall-kalkolu tar-rata ta’ inadempjenza, filwaqt li jiġu kkunsidrati s-sitwazzjonijiet fejn in-numru tal-identifikazzjoni jkun inbidel matul iż-żmien, inklużi bidliet minħabba ristrutturar tal-iskoperturi.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|