+135. Fil-każ ta’ skoperturi li jirritornaw għal stat mhux inadempjenti, jenħtieġ li …
|
135. Fil-każ ta’ skoperturi li jirritornaw għal stat mhux inadempjenti, jenħtieġ li …
Fil-każ ta’ skoperturi li jirritornaw għal stat mhux inadempjenti, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw it-telf ekonomiku bħall-iskoperturi inadempjenti l-oħrajn kollha, bid-differenza biss li jiżdied fluss tal-flus ta’ rkupru addizzjonali mal-kalkolu daqslikieku pagament ikun sar mid-debitur fl-ammont li kien pendenti fid-data tar-ritorn għal stat mhux inadempjenti, inkluż kwalunkwe kapital, imgħax u tariffa (“fluss tal-flus artifiċjali”). Il-fluss tal-flus artifiċjali jenħtieġ li jiġi skontat għall-mument tal-inadempjenza bl-istess mod bħall-flussi tal-fluss osservati kollha. Fejn l-iskoperturi jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 101, jenħtieġ li l-LGD realizzat jiġi kkalkolat b’referenza għad-data tal-ewwel avveniment ta’ inadempjenza li jikkunsidra l-flussi tal-flus kollha osservati mid-data tal-ewwel avveniment ta’ inadempjenza, inklużi dawk osservati matul il-perjodu bejn l-ewwel u t-tieni stat ta’ inadempjenza, mingħajr iż-żieda ta’ flussi tal-flus artifiċjali.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|