+6.3.1.1 Definition of economic loss and realised LGD
---+131. Sabiex jiġi stmat l-LGD, kif imsemmi fl-Artikolu 181(a)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
---+132. Għall-finijiet tal-paragrafu 131, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw it-telf ekonomiku …
---+133. Sabiex jiġi kkalkolat it-telf ekonomiku realizzat fuq skopertura skont il-paragrafu 132 …
---+134. Fejn, fir-rigward ta’ avveniment ta’ inadempjenza, kwalunkwe parti ta’ skopertura tkun ġiet …
---+135. Fil-każ ta’ skoperturi li jirritornaw għal stat mhux inadempjenti, jenħtieġ li …
---+136. Fejn l-istituzzjonijiet jiftħu faċilitajiet ġodda biex jissostitwixxu faċilitajiet li …
|
6.3.1.1 Definition of economic loss and realised LGD
6.3.1.1 Definition of economic loss and realised LGD
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
131. Sabiex jiġi stmat l-LGD, kif imsemmi fl-Artikolu 181(a)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 …
|
Sabiex jiġi stmat l-LGD, kif imsemmi fl-Artikolu 181(a)(a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw l-LGDs realizzati għal kull skopertura, kif imsemmi fil-punt (55) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament, bħala proporzjon tat-telf ekonomiku għall-ammont pendenti tal-obbligu tal-kreditu fil-mument tal-inadempjenza, inkluż kwalunkwe ammont ta’ kapital, imgħax jew tariffa.
|
|
132. Għall-finijiet tal-paragrafu 131, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw it-telf ekonomiku …
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 131, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw it-telf ekonomiku realizzat fuq strument (jiġifieri, il-faċilità inadempjenti), kif imsemmi fil-punt (2) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 bħala differenza bejn: - (a) l-ammont pendenti tal-obbligu tal-kreditu fil-mument tal-inadempjenza, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 140, inkluż kwalunkwe ammont ta’ kapital, imgħax jew tariffa, li jiżdied permezz ta’ spejjeż materjali diretti u indiretti assoċjati mal-ġbir fuq dak l-istrument skontat għall-mument tal-inadempjenza; u
- (b) kwalunkwe rkupru realizzat wara l-mument tal-inadempjenza skontat għall-mument tal-inadempjenza.
|
|
133. Sabiex jiġi kkalkolat it-telf ekonomiku realizzat fuq skopertura skont il-paragrafu 132 …
|
Sabiex jiġi kkalkolat it-telf ekonomiku realizzat fuq skopertura skont il-paragrafu 132, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw l-irkupri realizzati kollha, inklużi l-irkupri minn sorsi mhux magħrufa u rkupri relatati ma’ kollaterali li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 181(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
134. Fejn, fir-rigward ta’ avveniment ta’ inadempjenza, kwalunkwe parti ta’ skopertura tkun ġiet …
|
Fejn, fir-rigward ta’ avveniment ta’ inadempjenza, kwalunkwe parti ta’ skopertura tkun ġiet maħfura jew titħassar qabel jew fid-data tal-inadempjenza u l-ammont maħfur jew li tħassar ma jkunx inkluż fl-ammont pendenti tal-obbligu tal-kreditu fil-mument tal-inadempjenza, jenħtieġ li l-ammont tal-iskopertura li ġie maħfur jew li tħassar jiżdied mal-ammont pendenti tal-obbligu tal-kreditu fil-mument tal-inadempjenza kemm għall-kalkolu tat-telf ekonomiku, kif speċifikat fil-paragrafu 132 fin-numeratur, kif ukoll il-kalkolu tal-ammont pendenti tal-obbligu tal-kreditu fid-denominatur tal-LGD realizzat.
|
|
135. Fil-każ ta’ skoperturi li jirritornaw għal stat mhux inadempjenti, jenħtieġ li …
|
Fil-każ ta’ skoperturi li jirritornaw għal stat mhux inadempjenti, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw it-telf ekonomiku bħall-iskoperturi inadempjenti l-oħrajn kollha, bid-differenza biss li jiżdied fluss tal-flus ta’ rkupru addizzjonali mal-kalkolu daqslikieku pagament ikun sar mid-debitur fl-ammont li kien pendenti fid-data tar-ritorn għal stat mhux inadempjenti, inkluż kwalunkwe kapital, imgħax u tariffa (“fluss tal-flus artifiċjali”). Il-fluss tal-flus artifiċjali jenħtieġ li jiġi skontat għall-mument tal-inadempjenza bl-istess mod bħall-flussi tal-fluss osservati kollha. Fejn l-iskoperturi jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 101, jenħtieġ li l-LGD realizzat jiġi kkalkolat b’referenza għad-data tal-ewwel avveniment ta’ inadempjenza li jikkunsidra l-flussi tal-flus kollha osservati mid-data tal-ewwel avveniment ta’ inadempjenza, inklużi dawk osservati matul il-perjodu bejn l-ewwel u t-tieni stat ta’ inadempjenza, mingħajr iż-żieda ta’ flussi tal-flus artifiċjali.
|
|
136. Fejn l-istituzzjonijiet jiftħu faċilitajiet ġodda biex jissostitwixxu faċilitajiet li …
|
Fejn l-istituzzjonijiet jiftħu faċilitajiet ġodda biex jissostitwixxu faċilitajiet li preċedentement kienu inadempjenti bħala parti mir-ristrutturar jew għal raġunijiet tekniċi, jenħtieġ li huma jikkalkolaw l-LGDs realizzati abbażi tal-faċilitajiet oriġinarjament inadempjenti. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jkollhom mekkaniżmu sod sabiex jallokaw l-ispejjeż osservati, l-irkupri u kwalunkwe ġbid addizzjonali lill-faċilitajiet oriġinali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|