| Perjodu ta’ kura | Kif iddefinit fil - Parti 2, il - paragrafu 231(b), tal - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 |
| EBITDA | Qligħ qabel l - imgħax, it - taxxi, id - deprezzament u l - amortizzament |
| Tolleranza | Miżuri ta’ tolleranza kif imsemmija fl - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 |
| Skoperturi mrażżna (FBEs) | Skoperturi li fir - rigward tagħhom ikunu ġew applikati miżuri ta’ tolleranza skont l - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 |
| Assi preklużi | Assi miksuba bit - teħid f’pussess ta’ kollateral u li jibqgħu rikonoxxuti fil - karta tal - bilanċ. L - assi preklużi jistgħu jinkisbu permezz ta’ proċeduri ġudizzjarji, permezz ta’ ftehim bilaterali mal - mutwatarju jew permezz ta’ tipi oħra ta’ trasferiment ta’ kollateral mill - mutwatarju għall - istituzzjoni ta’ kreditu Assi preklużi jistgħu jinkludu assi finanzjarji u mhux finanzjarji u għandhom jinkludu l - kollateral kollu miksub irrispettivament mill - klassifikazzjoni tal - kontabbiltà |
| Proprjetà immobbli | Proprjetà immobbli kif definit fl - Artikolu 208 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013 |
| Kost tal - likwidazzjoni | Il - kostijiet tal - likwidazzjoni huma ddefiniti bħala l - flussi ta’ ħruġ ta’ flus imġarrba matul l - eżekuzzjoni tal - kollateral u l - proċess tal - bejgħ u jinkludu: a) il - kostijiet legali kollha applikabbli; b) il - kostijiet tal - bejgħ, it - taxxi u spejjeż oħra; c) kwalunkwe kost addizzjonali ta’ manutenzjoni li għandu jitħallas mill - istituzzjoni ta’ kreditu f’relazzjoni mal - pussess mill - ġdid u r - rimi tal - kollateral; d) kwalunkwe introjtu ta’ flus sad - data tal - likwidazzjoni |
| Korp maniġerjali | Kif iddefinit fil - punti 7 u 8 tal - Artikolu 3(1) tad - Direttiva 2013/36/UE |
| Proprjetà mobbli | Proprjetà fiżika għajr proprjetà immobbli skont l - Artikolu 210 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013 |
| Skoperturi improduttivi (NPEs) | Skoperturi kklassifikati bħala improduttivi skont l - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 |
| Self improduttiv (NPLs) | Self u avvanzi kif iddefiniti fl - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 li huma kklassifikati bħala improduttivi skont l - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 |
| Proporzjon ta’ NPL | Biex jiġi kkalkulat il - proporzjon ta’ NPL, l - ammont riportat gross ta’ NPLs u avvanzi huwa diviż bl - ammont riportat gross ta’ self u avvanzi totali skont id - definizzjoni tal - NPE |
| Qafas tal - NPE | Politiki, proċessi, kontrolli u sistemi għall - ġestjoni tar - riskju tal - NPEs |
| Portafoll | Grupp ta’ skoperturi b’karatteristiċi simili tar - riskju tal - kreditu |
| Perjodu ta’ prova | Kif iddefinit fl - Anness V tar - Regolament ta’ Implimentazzjoni tal - Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 |
| Qafas għall - predispożizzjoni għar - riskju (RAF) | L- approċċ ġenerali, inklużi l - politiki, il - proċessi, il - kontrolli u s - sistemi, li minnhom tiġi stabbilita, ikkomunikata u mmonitorjata l - predispożizzjoni għar - riskju. Dan jinkludi dikjarazzjoni dwar il - predispożizzjoni għar - riskju, limiti ta’ riskju u deskrizzjoni tar - rwoli u r - responsabbiltajiet ta’ dawk li jissorveljaw l - implimentazzjoni u l - monitoraġġ tal - RAF. L - RAF għandha tikkunsidra r - riskji materjali għall - istituzzjoni ta’ kreditu, kif ukoll għar - reputazzjoni tagħha mad - depożituri, l - investituri u l - klijenti. L- RAF tallinja mal - istrateġija tal - bank. |
| Proporzjon ta’ Texas | Proporzjon ta’ Texas: proporzjon li jqabbel l - istokk ta’ NPLs ma’ ekwità tal - istituzzjoni ta’ kreditu. NPLs (ammont riportat gross) fuq l - ekwità u indebolimenti akkumulati |