+81. L- istituzzjoni ta’ kreditu, f’konformità mal - istrateġija ġenerali tal - NPE u l - pjan …

81. L- istituzzjoni ta’ kreditu, f’konformità mal - istrateġija ġenerali tal - NPE u l - pjan …

L- istituzzjoni ta’ kreditu, f’konformità mal - istrateġija ġenerali tal - NPE u l - pjan operazzjonali, għandha timplimenta sistema ta’ valutazzjoni mfassla skont ir - rekwiżiti tal - NPE WUs. Is - sistema ta’ evalwazzjoni għandha tkun imfassla skont id - dispożizzjonijiet tal - Linji Gwida tal - EBA dwar politiki sodi ta’ rimunerazzjoni21 u l - Artikolu 7 tad - Direttiva 2014/17/UE22 , kif ukoll għall - iskoperturi fil - livell tal - konsumatur, dawk tal - Linji Gwida tal - EBA dwar il - politiki u l - prattiki tar - rimunerazzjoni relatati mal - bejgħ u l - provvista ta’ prodotti u servizzi bankarji għall - konsumatur23 . Is - sistema ta’ valutazzjoni għandha tkun prinċipalment marbuta mal - elementi kwantitattivi tal - miri tal - NPE tal - istituzzjoni ta’ kreditu iżda tista’ tinkludi wkoll elementi kwalitattivi (livell ta’ abilitajiet tekniċi relatati mal - analiżi ta’ informazzjoni finanzjarja u data riċevuta, strutturar ta’ proposti, kwalità ta’ rakkomandazzjonijiet jew monitoraġġ ta’ każijiet ristrutturati, kif ukoll ħiliet effettivi ta’ negozjar). Il - prestazzjoni tal - persunal tal - NPE WU għandha tiġi mmonitorjata regolarment u mkejla skont dawn il - miri jew fuq bażi individwali jew fuq livell ta’ tim, kif xieraq.


21 Linji gwida dwar politiki sodi ta’ rimunerazzjoni skont l -A rtikoli 74(3) u 75(2) tad - Direttiva 2013/36/UE u l - iżvelar skont l - Artikolu 450 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013 (EBA/GL/2015/22).

22 Id - Direttiva 2014/17/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall - konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d - Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r - Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34).

23 Linji gwida dwar il - politiki u l - prattiki ta’ rimunerazzjoni relatati mal - bejgħ u l - provvista ta’ prodotti u servizzi bankarji għall - konsumatur (EBA/GL/2016/06).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/