+5.2.4 Riżorsi umani
---+76. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom fis - seħħ qafas organizzazzjonali xieraq …
---+77. Il - qsim tal - ġestjoni u r - riżorsi ma’ partijiet oħra tal - katina tal - valur (eż. l - …
---+78. Abbażi tas - sejbiet tal - awtovalutazzjoni tal - NPE tal - istituzzjoni ta’ kreditu dwar il - …
---+79. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jibnu l - kompetenza rilevanti meħtieġa għall - …
---+80. Meta ma jkunx possibbli jew effiċjenti li jinbnew l - għarfien espert intern u l - …
---+81. L- istituzzjoni ta’ kreditu, f’konformità mal - istrateġija ġenerali tal - NPE u l - pjan …
---+82. Il - qafas tal - kejl tal - prestazzjoni għall - korp maniġerjali u l - maniġers rilevanti …
---+83. L- indirizzar ta’ sinjali ta’ twissija bikrija u indikaturi għandu jitħeġġeġ mill - …
|
5.2.4 Riżorsi umani
5.2.4 Riżorsi umani
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
76. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom fis - seħħ qafas organizzazzjonali xieraq …
|
L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandu jkollhom fis - seħħ qafas organizzazzjonali xieraq relatat mal - mudell tan - negozju tagħhom u b’kont meħud tar - riskji tagħhom, inklużi riskji li jirriżultaw minn NPEs. Għaldaqstant, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiddedikaw ammont xieraq u proporzjonat ta’ attenzjoni ta’ ġestjoni u riżorsi għar - ristrutturazzjoni tal - NPEs u għal kontrolli interni fuq proċessi relatati.
|
|
77. Il - qsim tal - ġestjoni u r - riżorsi ma’ partijiet oħra tal - katina tal - valur (eż. l - …
|
Il - qsim tal - ġestjoni u r - riżorsi ma’ partijiet oħra tal - katina tal - valur (eż. l - oriġinazzjoni tas - self) għandhom jiġu riveduti bir - reqqa qabel l - implimentazzjoni sabiex jiġu evitati kunflitti ta’ interess u tiġi żgurata biżżejjed speċjalizzazzjoni, kif diskuss hawn fuq.
|
|
78. Abbażi tas - sejbiet tal - awtovalutazzjoni tal - NPE tal - istituzzjoni ta’ kreditu dwar il - …
|
Abbażi tas - sejbiet tal - awtovalutazzjoni tal - NPE tal - istituzzjoni ta’ kreditu dwar il - kapaċitajiet, kif imsemmi fit - Taqsima 4.2.1, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jirrevedu b’mod regolari l - adegwatezza tar - riżorsi ta’ ristrutturazzjoni tal - NPE interni u esterni tagħhom u jindirizzaw kwalunkwe lakuna ta’ riżorsi umani fil - ħin. Peress li l - attivitajiet ta’ ristrutturazzjoni jistgħu jpoġġu rekwiżiti sinifikanti fuq ir - riżorsi, jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jikkunsidraw jekk huwiex xieraq li jagħżlu li jużaw kuntratti għal terminu fiss, esternalizzazzjoni interna/esterna jew impriżi konġunti għal attivitajiet ta’ ristrutturazzjoni tal - NPE. Madankollu, ir - responsabbiltà finali għal dawn l - attivitajiet tibqa’ f’idejn l - istituzzjoni ta’ kreditu. F’każ li tintuża l - esternalizzazzjoni, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jiżguraw li tali esternalizzazzjoni tkun irranġata skont il - leġiżlazzjoni applikabbli jew skont ir - rekwiżiti regolatorji.
|
|
79. Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jibnu l - kompetenza rilevanti meħtieġa għall - …
|
Jenħtieġ li l - istituzzjonijiet ta’ kreditu jibnu l - kompetenza rilevanti meħtieġa għall - mudell operattiv tal - NPE definit, inklużi l - NPE WUs u l - funzjonijiet ta’ kontroll intern, f’konformità mad - dispożizzjonijiet tal - Linji Gwida konġunti tal - ESMA u tal - EBA dwar il - valutazzjoni tal - adegwatezza tal - membri tal - korp maniġerjali u d - detenturi ta’ funzjonijiet ewlenin20 . Persunal allokat għal kompiti ewlenin ta’ tfassil ta’ ristrutturazzjoni tal - NPE jenħtieġ li jkollu speċifikament għarfien espert u esperjenza tal - NPE. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jimplimentaw taħriġ ta’ NPE adegwat u ddedikat, inkluż dwar il - protezzjoni tal - konsumatur, u għandhom ifasslu pjanijiet ta’ żvilupp tal - persunal biex jibnu għarfien espert intern bl - użu ta’ talent disponibbli.
20 Linji Gwida konġunti tal - ESMA u tal - EBA dwar il - valutazzjoni tal - adegwatezza tal - membri tal - korp maniġerjali u d - detenturi tal - funzjoni ewlenin skont id - Direttiva 2013/36/UE u d - Direttiva 2014/65/UE (EBA/GL/2017/12).
|
|
80. Meta ma jkunx possibbli jew effiċjenti li jinbnew l - għarfien espert intern u l - …
|
Meta ma jkunx possibbli jew effiċjenti li jinbnew l - għarfien espert intern u l - infrastruttura, l - NPE WUs għandu jkollhom aċċess faċli għal riżorsi esterni kwalifikati u indipendenti (eż. stimaturi tal - proprjetà, konsulenti legali, pjanifikaturi tan - negozju, esperti tal - industrija) jew lil kumpaniji ta’ manutenzjoni tal - NPE ddedikati.
|
|
81. L- istituzzjoni ta’ kreditu, f’konformità mal - istrateġija ġenerali tal - NPE u l - pjan …
|
L- istituzzjoni ta’ kreditu, f’konformità mal - istrateġija ġenerali tal - NPE u l - pjan operazzjonali, għandha timplimenta sistema ta’ valutazzjoni mfassla skont ir - rekwiżiti tal - NPE WUs. Is - sistema ta’ evalwazzjoni għandha tkun imfassla skont id - dispożizzjonijiet tal - Linji Gwida tal - EBA dwar politiki sodi ta’ rimunerazzjoni21 u l - Artikolu 7 tad - Direttiva 2014/17/UE22 , kif ukoll għall - iskoperturi fil - livell tal - konsumatur, dawk tal - Linji Gwida tal - EBA dwar il - politiki u l - prattiki tar - rimunerazzjoni relatati mal - bejgħ u l - provvista ta’ prodotti u servizzi bankarji għall - konsumatur23 . Is - sistema ta’ valutazzjoni għandha tkun prinċipalment marbuta mal - elementi kwantitattivi tal - miri tal - NPE tal - istituzzjoni ta’ kreditu iżda tista’ tinkludi wkoll elementi kwalitattivi (livell ta’ abilitajiet tekniċi relatati mal - analiżi ta’ informazzjoni finanzjarja u data riċevuta, strutturar ta’ proposti, kwalità ta’ rakkomandazzjonijiet jew monitoraġġ ta’ każijiet ristrutturati, kif ukoll ħiliet effettivi ta’ negozjar). Il - prestazzjoni tal - persunal tal - NPE WU għandha tiġi mmonitorjata regolarment u mkejla skont dawn il - miri jew fuq bażi individwali jew fuq livell ta’ tim, kif xieraq.
21 Linji gwida dwar politiki sodi ta’ rimunerazzjoni skont l -A rtikoli 74(3) u 75(2) tad - Direttiva 2013/36/UE u l - iżvelar skont l - Artikolu 450 tar - Regolament (UE) Nru 575/2013 (EBA/GL/2015/22). 22 Id - Direttiva 2014/17/UE tal - Parlament Ewropew u tal - Kunsill tal - 4 ta’ Frar 2014 dwar kuntratti ta’ kreditu għall - konsumaturi marbutin ma’ proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d - Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r - Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34). 23 Linji gwida dwar il - politiki u l - prattiki ta’ rimunerazzjoni relatati mal - bejgħ u l - provvista ta’ prodotti u servizzi bankarji għall - konsumatur (EBA/GL/2016/06).
|
|
82. Il - qafas tal - kejl tal - prestazzjoni għall - korp maniġerjali u l - maniġers rilevanti …
|
Il - qafas tal - kejl tal - prestazzjoni għall - korp maniġerjali u l - maniġers rilevanti għandhom jinkludu indikaturi speċifiċi marbuta mal - miri ddefiniti fl - istrateġija tal - NPE u l - pjan operazzjonali tal - istituzzjoni ta’ kreditu. Il - piżijiet mogħtija lil dawn l - indikaturi fi ħdan il - qafas tal - kejl tal - prestazzjoni ġenerali għandhom ikunu proporzjonati mas - severità tal - kwistjonijiet tal - NPE li l - istituzzjoni ta’ kreditu tiffaċċja.
|
|
83. L- indirizzar ta’ sinjali ta’ twissija bikrija u indikaturi għandu jitħeġġeġ mill - …
|
L- indirizzar ta’ sinjali ta’ twissija bikrija u indikaturi għandu jitħeġġeġ mill - istituzzjonijiet ta’ kreditu permezz tal - politika ta’ rimunerazzjoni u l - qafas ta’ inċentivi sabiex jiġi żgurat li l - prearretrati jiġu indirizzati b’mod effiċjenti u li b’hekk jitnaqqsu b’mod effettiv l - influssi ta’ NPE.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|