+8.2 Indebolimenti u tħassir ta’ NPE
---+173. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinkludu fil - linji ta’ politika interni tagħhom …

8.2 Indebolimenti u tħassir ta’ NPE

8.2 Indebolimenti u tħassir ta’ NPE

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
173. L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinkludu fil - linji ta’ politika interni tagħhom …

L- istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jinkludu fil - linji ta’ politika interni tagħhom gwida dwar it - tempestività ta’ indebolimenti u tħassir, li jirrikonoxxu ċ - ċirkostanzi esterni u fatturi bħal proċeduri ġudizzjarji li għadhom għaddejjin. B’mod partikolari għal skoperturi jew partijiet minn skoperturi li mhumiex koperti b’kollateral, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jikkunsidraw perjodi massimi xierqa għall - kopertura sħiħa, tal - indeboliment u t - tħassir. Għal partijiet ta’ skoperturi koperti b’kollateral, l - istabbiliment ta’ livell minimu ta’ indeboliment jenħtieġ li jqis it - tip ta’ kollateral. Għandha tiġi applikata evidenza empirika meta jiġu kkalibrati l - perjodi ta’ indeboliment u t - tħassir imsemmija hawn fuq. Meta jivvalutaw l - irkupru ta’ NPEs u fid - determinazzjoni tal - approċċi interni ta’ tħassir tal - NPEs, l - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill - koorti elenkati hawn taħt, peress li jista’ jkollhom livelli ogħla ta’ nuqqas ta’ ġbir permanenti.

  • a) Skoperturi b’arretrati fit - tul: limiti differenti jistgħu jkunu xierqa għal portafolli differenti. L - istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom jivvalutaw il - potenzjal ta’ rkupru ta’ NPEs jekk il - mutwatarju ikun naqas b’lura għal perjodu ta’ żmien twil. Jekk, wara din il - valutazzjoni, jiġi konkluż li ma hemm l - ebda aspettattiva raġonevoli li jiġi rkuprat skopertura jew parti minn skopertura, għandu jsir tħassir sħiħ jew parzjali.
  • b) Skoperturi taħt proċedura ta’ insolvenza: meta l - kollateralizzazzjoni tal - iskopertura tkun baxxa, l - ispejjeż legali ħafna drabi jassorbu porzjon sinifikanti tad - dħul mill - proċedura tal - falliment, u għalhekk l - irkupri stmati jistgħu jkunu mistennija baxxi ħafna.
  • c) Tħassir parzjali jista’ jkun iġġustifikat meta jkun hemm evidenza li l - mutwatarju ma jkunx jista’ jħallas lura l - ammont tal - iskopertura b’mod sħiħ, li jfisser li jkun hemm aspettattiva raġonevoli li tiġi rkuprata parti mill - iskopertura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/