| Kollateral addizzjonali | Rahan addizzjonali fuq assi mhux gravati jinkiseb bħala kollateral addizzjonali mill - mutwatarju sabiex jikkumpensa għall - iskopertura għar - riskju ogħla u bħala parti mill - proċess ta’ ristrutturar. | Din il - miżura mhijiex miżura ta’ tolleranza awtonoma, peress li fiha nnifisha ma ssolvix il - preżenza ta’ arretrati fuq self. Normalment ikollha l - għan li ttejjeb jew issewwi l - patti ta’ proporzjon ta’ LTV. Kollateral addizzjonali jista’ jieħu ħafna forom, bħal rahan fuq depożitu ta’ flus, assenjazzjoni ta’ riċevibbli jew ipoteka ġdida/addizzjonali fuq proprjetà immobbli. L- istituzzjonijiet għandhom jivvalutaw it - tieni u t - tielet rahan fuq l - assi kif ukoll garanziji personali b’attenzjoni. |