+Linja Gwida 7: Użu wiesa’ tal - interfaċċa

Linja Gwida 7: Użu wiesa’ tal - interfaċċa

7.1 Għall - finijiet li tintwera l - konformità mar - rekwiżit fl - ittra (c) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS, l - ASPSP għandu jipprovdi lill - awtorità kompetenti:

  • a. deskrizzjoni tal - użu tal - interfaċċa ddedikata għall - perjodu msemmi fl - ittra (c) tal - Artikolu 33(6), li tinkludi iżda mhijiex limitata għal:

1. l - għadd ta’ PISPs, AISPs u CBPIIs li użaw l - interfaċċa sabiex jipprovdu servizzi lill - klijenti; u

2. l - għadd ta’ talbiet mibgħuta minn dawk il - PISPs, l - AISPs u s - CBPIIs lill - ASPSP permezz tal - interfaċċa ddedikata, li ġew imwieġba mill - ASPSP.

  • b. evidenza li l - ASPSP għamel l - isforzi raġonevoli kollha biex jiżgura użu wiesa’ tal - interfaċċa ddedikata, inkluż billi jikkomunika d - disponibbiltà tagħha permezz ta’ kanali xierqa, inkluż, fejn rilevanti, is - sit web tal - ASPSP, il - midja soċjali, korpi kummerċjali tal - industrija, konferenzi u l - involviment dirett mal - atturi magħrufa tas - suq.

7.2 Minbarra l - evidenza msemmija fil - Linja Gwida 7.1, l - awtorità kompetenti għandha tikkunsidra wkoll l - informazzjoni riċevuta fil - kuntest tal - Linji Gwida 6 u 8 meta tkun qiegħda tivvaluta jekk l - ASPSP jissodisfax jew le r - rekwiżit fl - Artikolu 33(6)(c) tal - RTS.

7.3 Il - perjodu ta’ 3 xhur imsemmi fl - ittra (c) tal - Artikolu 33(6) tal - RTS jista’ jkun fl - istess ħin mal - ittestjar imsemmi fl - Artikolu 30(5) tal - RTS.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/