+6. Klassifikazzjoni tad-dimensjonijiet u tas-subdimensjonijiet
---+21. Id-dimensjonijiet u s-subdimensjonijiet ta’ subsett ta’ skoperturi settorjali msemmija …
---+22. Id-dimensjoni “tip ta’ debitur jew settur tal- kontroparti” għandha tinkludi żewġ elementi …
---+23. L- element “persuna ġuridika” għandu jinkludi s - subelementi li ġejjin: 6.1.1.1. …
---+24. Is- subdimensjoni “attività ekonomika” għandha tinkludi l - attivitajiet ekonomiċi identifikati …
---+25. Id- dimensjoni “tip ta’ skopertura” għandha tinkludi l - elementi li ġejjin: 6.2.1. l- …
---+26. Tista’ tiġi kkunsidrata diżaggregazzjoni ulterjuri skont l - istrumenti li ġejjin, wara l - …
---+27. L- istrument “self u avvanzi” għandu jinkludi d- diżaggregazzjoni li ġejja: iii.a self FX; u …
---+28. Is-subdimensjoni “profil tar- riskju” għandha tinkludi l - elementi li ġejjin: 6.2.a.1. …
---+29. Id-dimensjoni “tip ta’ kollateral” għandha tinkludi l - elementi reċiprokament esklussivi li …
---+30. L- element “garantit/kollateralizzat” għandu jinkludi s -subelementi li ġejjin: 6.3.1.1. it- …
---+31. Is- subdimensjoni “żona ġeografika” għandha tinkludi l- elementi li ġejjin (unitajiet …
---+32. Meta jiġi kkombinat element wieħed mis - subdimensjoni “żona ġeografika” ma’ element jew …
|
6. Klassifikazzjoni tad-dimensjonijiet u tas-subdimensjonijiet
6. Klassifikazzjoni tad-dimensjonijiet u tas-subdimensjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
21. Id-dimensjonijiet u s-subdimensjonijiet ta’ subsett ta’ skoperturi settorjali msemmija …
|
Id-dimensjonijiet u s-subdimensjonijiet ta’ subsett ta’ skoperturi settorjali msemmija fit-Taqsima 4 għandhom jinkludu l - elementi speċifikati f’din it -taqsima. Il- ħarsa ġenerali lejn id - dimensjonijiet u s-subdimensjonijiet korrelatati u l- elementi tagħhom li għandhom jintużaw biex jiġi identifikat subsett speċifiku ta’ skoperturi settorjali skont dawn il - linji gwida hija inkluża fl-Anness 1. 6.1. It-tip ta’ debitur jew settur tal-kontroparti
|
|
22. Id-dimensjoni “tip ta’ debitur jew settur tal- kontroparti” għandha tinkludi żewġ elementi …
|
Id-dimensjoni “tip ta’ debitur jew settur tal- kontroparti” għandha tinkludi żewġ elementi reċiprokament esklussivi: 6.1.1. persuna ġuridika; jew 6.1.2. persuna fiżika.
|
|
23. L- element “persuna ġuridika” għandu jinkludi s - subelementi li ġejjin: 6.1.1.1. …
|
L- element “persuna ġuridika” għandu jinkludi s - subelementi li ġejjin: 6.1.1.1. korporazzjonijiet mhux finanzjarji; 6.1.1.2. korporazzjonijiet finanzjarji; u 6.1.1.3. gvern ġenerali. 6.1.a. Attività ekonomika
|
|
24. Is- subdimensjoni “attività ekonomika” għandha tinkludi l - attivitajiet ekonomiċi identifikati …
|
Is- subdimensjoni “attività ekonomika” għandha tinkludi l - attivitajiet ekonomiċi identifikati b’kodiċi alfabetiku fl - ewwel livell (taqsimiet) tal -klassifikazzjoni statistika komuni tal- attivitajiet ekonomiċi fil -Komuni tà Ewropea (NACE Reviżjoni 2) kif stabbilit fl-Anness 1 għar -Regolament (KE) Nru 1893/20069 . 6.2. Tip ta’ skopertura
9 Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal- istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan - NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal - KE dwar setturi speċifiċi tal - istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
|
|
25. Id- dimensjoni “tip ta’ skopertura” għandha tinkludi l - elementi li ġejjin: 6.2.1. l- …
|
Id- dimensjoni “tip ta’ skopertura” għandha tinkludi l - elementi li ġejjin: 6.2.1. l- iskoperturi kollha; 6.2.2. skoperturi fil- livell tal -konsumatur; u 6.2.3. għajr skoperturi fil- livell tal -konsumatur.
|
|
26. Tista’ tiġi kkunsidrata diżaggregazzjoni ulterjuri skont l - istrumenti li ġejjin, wara l - …
|
Tista’ tiġi kkunsidrata diżaggregazzjoni ulterjuri skont l - istrumenti li ġejjin, wara l - klassifikazzjoni stabbilita fl-Annessi II u IV għar -Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/201410 : - a. entrati fil-karta tal- bilanċ:
- i. strumenti azzjonarji,
- ii. titoli ta’ dejn u
- iii. self u avvanzi.
- b. entrati li ma jidhrux fil -karta tal- bilanċ:
- iv. impenji ta’ self mogħtija,
- v. garanziji finanzjarji mogħtija u
- vi. impenji oħrajn mogħtija.
10 Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014 tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimenta zzjoni fir-rigward tar- rappurtar superviżorju ta’ istituzzjonijiet skont ir -Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (ĠU L 191, 28.6.2014, p. 1).
|
|
27. L- istrument “self u avvanzi” għandu jinkludi d- diżaggregazzjoni li ġejja: iii.a self FX; u …
|
L- istrument “self u avvanzi” għandu jinkludi d- diżaggregazzjoni li ġejja: iii.a self FX; u iii.b kreditu għall -konsum. 6.2.a. Profil tar-riskju
|
|
28. Is-subdimensjoni “profil tar- riskju” għandha tinkludi l - elementi li ġejjin: 6.2.a.1. …
|
Is-subdimensjoni “profil tar- riskju” għandha tinkludi l - elementi li ġejjin: 6.2.a.1. improduttivi; 6.2.a.2. ponderazzjoni tar-riskju; 6.2.a.3. il-proporzjon tad-dejn totali mal-EBITDA (għall - persuni ġuridiċi biss); 6.2.a.4. il-proporzjon bejn is-self u l- valur (LTV); 6.2.a.5. il-proporzjon bejn is-self u l- introjtu (għall - persuni fiżiċi biss); 6.2.a.6. il-proporzjon tad-dejn mal- introjtu (DTI) (għall - persuni fiżiċi biss); u 6.2.a.7. il-proporzjon bejn is- servizz tad -dejn u l- introjtu (għall - persuni fiżiċi biss). L-elementi 6.2.a.4 sa 6.2.a.7 għandhom isegwu l - metodi għall -kejl u l- kalkolu tagħhom u d - definizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi IV u V għar -Rakkomandazzjoni BERS/2016/14 dwar l- għeluq ta’ lakuni fid- data dwar il-proprjetà immobbli kif emendata bir-Rakkomandazzjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-21 ta’ Marzu 2019 (BERS/2019/3). L-elementi 6.2.a.1 sa 6.2.a.7 għandhom jinkludu l - indikazzjoni ta’ limitu li għandu jinqabeż jew le meta jiġi identifikat sub sett ta’ skoperturi. 6.3. Tip ta’ kollateral
|
|
29. Id-dimensjoni “tip ta’ kollateral” għandha tinkludi l - elementi reċiprokament esklussivi li …
|
Id-dimensjoni “tip ta’ kollateral”11 għandha tinkludi l - elementi reċiprokament esklussivi li ġejjin: 6.3.1. garantit/kollateralizzat; u 6.3.2. mhux garantit.
11 Għal skopijiet ta’ preżentazzjoni, mhux garantit huwa kklassifikat bħala tip ta’ kol lateral.
|
|
30. L- element “garantit/kollateralizzat” għandu jinkludi s -subelementi li ġejjin: 6.3.1.1. it- …
|
L- element “garantit/kollateralizzat” għandu jinkludi s -subelementi li ġejjin: 6.3.1.1. it- tipi kollha ta’ kollateral; 6.3.1.2. garantiti bi proprjetà residenzjali (RRE); 6.3.1.3. garantiti bi proprjetà immobbli kummerċjali (CRE); u 6.3.1.4. garantiti mhux bi proprjetà immobbli. 6.3.a. Żona ġeografika
|
|
31. Is- subdimensjoni “żona ġeografika” għandha tinkludi l- elementi li ġejjin (unitajiet …
|
Is- subdimensjoni “żona ġeografika” għandha tinkludi l- elementi li ġejjin (unitajiet territorjali), skont il- klassifikazzjoni komuni Ewropea ta’ unitajiet territorjali għall -istatistika (NUTS) stabbilita fl-Anness I għar -Regolament (KE) Nru 1059/200312 : 6.3.a.1. Stat Membru (unità territorjali tal - livell 1 tan-NUTS13 ); 6.3.a.2. reġjun ta’ Stat Membru (unità territorjali tal - livell 2 tan-NUTS); u 6.3.a.3. sottoreġjun jew belt tal - unitajiet territorjali preċedenti (unità territorjali tal - livell 3 tan-NUTS).
12 Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall - istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1), kif emendat. 13 Fil - każijiet ta’ Stati Membri akbar, NUTS 1 ma tirreferix għall - Istat Membru kollu iżda għar - reġjuni tiegħu. Għalhekk, dan il- livell jinżamm bħala element għalkemm għal xi Stati Membri dan il - livell mhux se jkun rilevanti.
|
|
32. Meta jiġi kkombinat element wieħed mis - subdimensjoni “żona ġeografika” ma’ element jew …
|
Meta jiġi kkombinat element wieħed mis - subdimensjoni “żona ġeografika” ma’ element jew subelement tad-dimensjoni “tip ta’ kollateral”, is- subdimensjoni “żona ġeografika” għandha tinftiehem kif ġej: - a) meta l- iskopertura tkun garantita minn proprjetà immobbli residenzjali jew kummerċjali, is - subdimensjoni tirreferi għall - post speċifiku tal -p roprjetà (reġjun, subreġjun jew belt) fl -Istat Membru jew għall - iskoperturi kollha ggarantiti f’dak l - Istat Membru;
- b) meta l- iskopertura tkun garantita minn proprjetà li mhijiex proprjetà immobbli, is - subdimensjoni tirreferi, fil- każ ta’ persuni fiżiċi, għal l-post ta’ residenza tad-debitur jew tal-kontroparti (reġjun, subreġjun jew belt) fl - Istat Membru jew għall - iskoperturi kollha ggarantiti mhux bi proprjetà immobbli f’dak l - Istat Membru u, fil - każ ta’ persuni ġuridiċi, il - post speċifiku tal- uffiċċju rreġis trat tal- persuna ġuridika (reġjun, subreġjun jew belt) fl - Istat Membru;
- c) meta l-iskopertura ma tkunx garantita, is-subdimensjoni tirreferi, fil- każ ta’ persuni fiżiċi, għall - post ta’ residenza speċifiku tad -debitur jew tal- kontroparti (reġjun, subreġjun jew belt) fl-Istat Membru jew għall - iskoperturi mhux garantiti kollha f’dak l - Istat Membru u, fil - każ ta’ persuni ġuridiċi, il - post speċifiku tal - uffiċċju rreġistrat tal - persuna ġuridika (reġjun, subreġjun jew belt) fl- Istat Membru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|