+22 Uffiċċju ta’ awditjar intern
---+214. L- istituzzjonijiet għandhom jieħdu azzjoni xierqa kontra mġiba interna jew esterna li tista’ …
---+215. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li s -sussidjarji u l- fergħat tagħhom jieħdu passi …
---+216. L-istituzzjoniji et għandhom jistabbilixxu uffiċċju tal -awditjar intern (IAF) indipendenti u …
---+217. L- IAF għandu jkun indipendenti mill - attivitajiet awditjati. Għalhekk, l - IAF ma għandux …
---+218. L- IAF għandu, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir - riskju, jirrieżamina b’mod indipendenti u …
---+219. L- IAF ma għandux ikun involut fit -tfassil, fl- għażla, fl -istabbiliment u …
---+220. L- IAF għandu jivvaluta jekk il - qafas ta’ kontroll intern tal -istituzzjoni kif stabbilit …
---+221. B’mod partikolari, l- IAF għandu jivverifika l -integrità tal- proċessi sabiex tiġi żgurata l …
---+222. L- IAF għandu jkollu aċċess liberu fl - istituzzjoni kollha għar - rekords, għad - dokumenti …
---+223. L- IAF għandu jaderixxi ma’ standards professjonali nazzjonali u internazzjonali. Eżempju tal …
---+224. Il- ħidma ta’ awditjar intern għandha ssir skont pjan tal -awditjar u programm dettaljat ta’ …
|
22 Uffiċċju ta’ awditjar intern
22 Uffiċċju ta’ awditjar intern
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
214. L- istituzzjonijiet għandhom jieħdu azzjoni xierqa kontra mġiba interna jew esterna li tista’ …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jieħdu azzjoni xierqa kontra mġiba interna jew esterna li tista’ tiffaċilita jew tippermetti frodi, ML/TF jew reati finanzjarji oħra u ksur tad - dixxiplina (eż. ksur ta’ proċeduri interni, ksur tal -limiti).
|
|
215. L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li s -sussidjarji u l- fergħat tagħhom jieħdu passi …
|
L- istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li s -sussidjarji u l- fergħat tagħhom jieħdu passi sabiex jiġi żgurat li l -operazzjoni jiet tagħhom ikunu konformi mal - liġijiet u mar -regolamenti lokali. Jekk il- liġijiet u r - regolamenti lokali jfixklu l - applikazzjoni ta’ proċeduri u ta’ sistemi ta’ konformità aktar stretti implimentati mill- grupp, speċjalment jekk ma jippermettux l - iżvelar u l-iskambju ta’ informazzjoni neċessarja bejn entitajiet fi ħdan il -grupp, is-sussidjarji u l- fergħat għandhom jgħarrfu lill - uffiċjal għall -konformità jew lill-kap tal-konformità tal-istituzzjoni konsolidanti.
|
|
216. L-istituzzjoniji et għandhom jistabbilixxu uffiċċju tal -awditjar intern (IAF) indipendenti u …
|
L-istituzzjoniji et għandhom jistabbilixxu uffiċċju tal -awditjar intern (IAF) indipendenti u effettiv, filwaqt li jitqiesu l -kriterji ta’ proporzjonalità stabbiliti fit-Titolu I, u għandhom jaħtru persuna biex tkun responsabbli minn din il -funzjoni fl- istituzzjoni kollha. L- IAF għandu jkun indipendenti u jkollu biżżejjed awtorità, statura u riżorsi. B’mod partikolari, l -istituzzjoni għandha tiżgura li l -kwalifiki tal-membri tal-persunal tal-IAF u r- riżorsi tal -IAF, b’mod partikolari l- għodod tal -awditjar u l-metodi ta’ anal iżi tar - riskju tiegħu, huma adegwati għad - daqs u għal - lokazzjonijiet tal- istituzzjoni, kif ukoll għan -natura, l-iskala u l-kumplessità tar- riskji assoċjati mal- mudell kummerċjali, mal -attivitajiet, mal-kultura tar-riskju u mal- predispożizzjoni għar - riskju tal-istituzzjoni.
|
|
217. L- IAF għandu jkun indipendenti mill - attivitajiet awditjati. Għalhekk, l - IAF ma għandux …
|
L- IAF għandu jkun indipendenti mill - attivitajiet awditjati. Għalhekk, l - IAF ma għandux jingħaqad ma’ funzjonijiet oħra.
|
|
218. L- IAF għandu, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir - riskju, jirrieżamina b’mod indipendenti u …
|
L- IAF għandu, permezz ta’ approċċ ibbażat fuq ir - riskju, jirrieżamina b’mod indipendenti u jipprovdi assigurazzjoni oġġ ettiva tal-konformità tal-attivitajiet u tal- unitajiet kollha ta’ istituzzjoni, inkluż l -attivitajiet esternalizzati, mal-politiki u mal- proċeduri tal -istituzzjoni u ma’ rekwiżiti regolatorji. Kull entità fi ħdan il - grupp għandha taqa’ fil -kamp ta’ applikazzjoni tal-IAF.
|
|
219. L- IAF ma għandux ikun involut fit -tfassil, fl- għażla, fl -istabbiliment u …
|
L- IAF ma għandux ikun involut fit -tfassil, fl- għażla, fl -istabbiliment u fl-implimentazzjoni ta’ politiki, mekkaniżmi u proċeduri speċifiċi ta’ kontroll intern, u l -limiti ta’ riskju. Madankollu, dan ma għandux iwaqqaf lill - korp ta’ ġestjo ni fil- funzjoni maniġerjali tiegħu milli jitlob kontribut mill-awditjar intern dwar kwistjonijiet relatati mar-riskju, ma’ kontrolli interni u ma’ konformità mar-regoli applikabbli.
|
|
220. L- IAF għandu jivvaluta jekk il - qafas ta’ kontroll intern tal -istituzzjoni kif stabbilit …
|
L- IAF għandu jivvaluta jekk il - qafas ta’ kontroll intern tal -istituzzjoni kif stabbilit fit-Taqsima 15 huwiex kemm effettiv kif ukoll effiċjenti. B’mod partikolari, l - IAF għandu jivvaluta: - a. l-adegwatezza tal- qafas ta’ governanza tal -istituzzjoni;
- b. jekk il-politiki u l- proċeduri eżistenti jibqgħux adegwati u konformi mar - rekwiżiti legali u regolatorji u mal- istrateġija tar -riskju u mal- predispożizzjoni għar -riskju tal-istituzzjoni;
- c. il-konformità tal- proċeduri mal - liġijiet u mar -regolamenti applikabbli u mad-deċiżjonijiet tal - korp ta’ ġestjoni;
- d. jekk il- proċeduri humiex implimentati b’mod korrett u effettiv (eż. il -konformità tat-tranżazzjonijiet, il - livell ta’ riskju effettivament imġarrab, eċċ.); u
- e. l-adegwatezza, il-kwalità u l- effikaċja tal - kontrolli mwettqa u tar -rapportar li sar mill-unitajiet operatorji tad- difiża u mill -funzjoni jiet ta’ ġestjoni tar -riskju u ta’ verifika tal-konformità.
|
|
221. B’mod partikolari, l- IAF għandu jivverifika l -integrità tal- proċessi sabiex tiġi żgurata l …
|
B’mod partikolari, l- IAF għandu jivverifika l -integrità tal- proċessi sabiex tiġi żgurata l - affidabbiltà tal-metodi u tat-tekniki tal-istituzzjoni, u s- suppożizzjonijiet u s -sorsi ta’ informazzjoni użati fil - mudelli interni tagħha (eż. l -immudellar tar-riskju u l-kejl kontabilistiku). Għandu jivvaluta wkoll il -kwalità u l- użu ta’ għodod kwalitattivi ta’ identifikazzjoni u ta’ valutazzjoni tar-riskju u l- miżuri għall -mitigazzjoni tar-ris kju meħuda.
|
|
222. L- IAF għandu jkollu aċċess liberu fl - istituzzjoni kollha għar - rekords, għad - dokumenti …
|
L- IAF għandu jkollu aċċess liberu fl - istituzzjoni kollha għar - rekords, għad - dokumenti, għall - bini u għall - informazzjoni kollha tal - istituzzjoni. Dan għandu jinkludi aċċess għas -sistemi ta’ informazzjoni maniġerjali u għall -minuti tal-kumitati u tal- korpi deċiżjonali kollha.
|
|
223. L- IAF għandu jaderixxi ma’ standards professjonali nazzjonali u internazzjonali. Eżempju tal …
|
L- IAF għandu jaderixxi ma’ standards professjonali nazzjonali u internazzjonali. Eżempju tal - istandards professjonali msemmija hawnhekk huwa l -istandards stabbiliti mill-Istitut tal-Awdituri Interni.
|
|
224. Il- ħidma ta’ awditjar intern għandha ssir skont pjan tal -awditjar u programm dettaljat ta’ …
|
Il- ħidma ta’ awditjar intern għandha ssir skont pjan tal -awditjar u programm dettaljat ta’ awditjar li jsegwu approċċ ibbażat fuq ir -riskju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|