+Anness II – Ħiliet

Anness II – Ħiliet

Din hija l - lista mhux eżawrjenti tal - ħiliet rilevanti, imsemmija fil -paragrafu 59, li l - istituzzjonijiet għandhom jikkunsidraw li jużaw meta jagħmlu l -valutazzjonijiet tal- idoneità tagħhom:

  • a. Awtentiċità: li persuna tkun konsistenti kemm f’dak li tgħid kif ukoll f’dak li tagħmel u taġixxi skont il -valuri u t- twemmin li hi stess iddikjarat li għandha. Tikkomunika b’mod miftuħ l - intenzjonijiet, l - ideat u s - sentimenti tagħha, tinkoraġġixxi ambjent ta’ ftuħ u onestà, u tinforma b’mod korrett lis - superviżur dwar is - sitwazzjoni attwali, fl - istess ħin tirrikonoxxi r - riskji u l -problemi.
  • b. Lingwa: li persuna tkun kapaċi tikkomunika bil - fomm b’mod strutturat u konvenzjonali u tikteb bil-lingwa nazzjonali jew bil-lingwa operattiva tal- post tal - istituzzjoni.
  • c. Teħid ta’ deċiżjonijiet: li persuna tieħu deċiżjonijiet fil - ħin u infurmati tajjeb billi taġixxi minnufih jew billi tikkommetti għal pjan ta’ azzjoni partikolari, pereżempju billi tesprimi l - fehmiet tagħha u ma titnikkirx.
  • d. Komunikazzjoni: li persuna tkun kapaċi twassal messaġġ b’mod li jinfthiem u aċċettabbli u f’forma adegwata. Tiffoka fuq l - għoti u l - kisba ta’ kjarifiki u trasparenza u tħeġġeġ feedback attiv.
  • e. Ġudizzju: li persuna tkun kapaċi tibbilanċja d - data u l- pjanijiet ta’ azzjoni differenti u tasal għal konklużjoni loġika. Teżamina, tirrikonoxxi u tifhem l -elementi u l- kwistjonijiet essenzjali. Ikollha viżjoni wiesgħa biex tħares lil hinn mill - qasam ta’ responsabbiltà proprja, b’mod partikolari meta tindirizza l - problemi li jistgħu jipperikolaw il -kontinwità tal- impriża.
  • f. Orjentazzjoni lejn il -klijent u l- kwalità: li persuna tiffoka fuq li tiġi provduta l - kwalità u, kull fejn ikun possibbli, issib modi biex itejjibha. B’mod speċifiku, dan ifisser li iżżomm lura milli jingħata kunsens mill - iżvilupp u l -ku mmerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u servizzi u nefqa kapitali, pereżempju fuq prodotti, bini ta’ uffiċċji jew parteċipazzjoni, f’ċirkostanzi fejn hija ma tkunx tista’ tevalwa r - riskji kif xieraq minħabba nuqqas ta’ fehim tal - arkitettura, tal - prinċipji jew ta’ suppożizzjonijiet bażiċi. Tidentifika u tistudja x - xewqat u l - ħtiġijiet tal - klijenti, tiżgura li l -klijenti ma jkunu fl- ebda riskju bla bżonn u tirranġa għall -provvediment ta’ informazzjoni korretta, kompluta u bbilanċjata lill -klijenti.
  • g. Tmexxija: li pe rsuna tipprovdi direzzjoni u gwida lil grupp, tiżviluppa u żżomm ħidma f’tim, timmotiva u tħeġġeġ lir - riżorsi umani disponibbli u tiżgura li l -membri tal- persunal ikollhom il - kompetenza professjonali biex jilħqu mira partikolari. Tilqa’ l -kritika u tipprovdi opportunitajiet għal dibattittu kritiku.
  • h. Lealtà: li persuna tidentifika mal - impriża u jkollha sens ta’ involviment. Turi li hi tista’ tiddedika biżżejjed ħin għall - impjieg u tista’ twettaq il - kompiti tagħha kif xieraq, tiddefendi l- interessi tal - impriża u taħdem b’mod oġġettiv u kritiku. Tirrikonoxxi u tantiċipa kunflitti potenzjali ta’ interess personali u kummerċjali.
  • i. Sensibilizzazzjoni esterna: li persuna timmonitorja l - iżviluppi, il - bażijiet tas - setgħa u l - attitudnijiet fi ħdan l - impriża. Tkun infurmata tajjeb dwar żviluppi finanzjarji, ekonomiċi, soċjali u oħrajn rilevanti fil - livell nazzjonali u internazzjonali li jistgħu jaffettwaw lill - impriża u anke dwar l - interessi tal - partijiet ikkonċernati u tkun kapaċi tuża din l - informazzjoni b’mod effettiv.
  • j. Negozjar: li persuna tidentifika u tiżvela interessi komuni b’mod imfassal biex jinbena l - kunsens, filwaqt li tilħaq l -objettivi ta’ negozjar.
  • k. Persważjoni: li persuna tikun kapaċi tinfluwenza l - fehmiet tal - oħrajn billi teżerċita setgħat persważivi u tuża awtorità u tattika naturali. Għandha personalità b’saħħitha u kapaċi żżomm sod.
  • l. Ħidma f’tim: li persuna tkun konxja tal - interessi tal - grupp u tagħti kontribut għar - riżultat komuni; hija kapaċi tiffunzjona bħala parti minn tim.
  • m. Dehen strateġiku: li persuna tkun kapaċi tiżviluppa viżjoni realistika ta’ żviluppi futuri u tibdilha f’objettivi fit -tu l, pereżempju billi tapplika analiżi tax - xenarji. Meta tagħmel dan, tqis b’mod xieraq ir - riskji li l - impriża tkun esposta għalihom u tieħu l - miżuri xierqa biex tikkontrollahom.
  • n. Reżistenza għall - istress: li persuna tkun reżiljenti u tkun kapaċi taħdem b’mod konsistenti anke meta tkun taħt pressjoni kbira u fi żminijiet ta’ inċertezza.
  • o. Sens ta’ responsabbiltà: li persuna tifhem l - interessi interni u esterni, tevalwahom bir - reqqa u turi responsabbiltà fir - rigward tagħhom. Għandha l - kapaċità li titgħallem u tirrealizza li l- azzjonijiet tagħha jaffettwaw l - interessi tal - partijiet ikkonċernati.
  • p. Presidenza ta’ laqgħat: li persuna tkun kapaċi tippresjedi laqgħat b’mod effiċjenti u effettiv u toħloq atmosfera miftuħa li tħeġġeġ lil kulħadd jipparteċipa fuq l - istess livell; tkun konxja tal -kompiti u r- responsabbiltajiet ta’ persuni oħrajn.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/